AĦBARIJIET

Segwi L-Għanja tal-Poplu 2020

December 7th, 2020|

  L-Għanja tal-Poplu 2020
Fuq TVM nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru fit-8.30 pm.

 L-Għanja tal-Poplu baqa’ jgawdi dak l-ispirtu ta’ ħbiberija, il-libertà tal-kelma, u l-ħidma kontinwa favur il-kanzunetta Maltija bħalma kien igawdi sa mill-ewwel edizzjoni fl-1973. Dan il-festival jiġi organizzat b’mod professjonali mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, u huwa wkoll frott il-ħidma ta’ ħafna awturi u kompożituri li jemmnu fil-kanzunetta Maltija.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu illum huwa wirt kulturali tal-poplu tagħna u għalhekk tajjeb insostnuh biex jibqa’ jitgawda mill-pubbliku Malti, illum u fil-ġejjien.

L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejun  mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Valletta Cutural Agency.

Links għall-Lirika tal-Kanzunetti

>> L-Għanja tal-Poplu 2020 – Flipbook <<
>> L-Għanja tal-Poplu 2020 – PDF <<

Verżjoni text għall-mobile
tinsab fl-aħħar ta’ din il-paġna.

CD GĦTP Compilation 2020 + Posta lokali / internazzjonali €10
USB Pendrive 32GB GĦTP Compilation 2020 + Posta lokali / internazzjonali €15
Lirika Għanja tal-Poplu 2020

Lirika ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020

 

 

 

1.    Ftakru

Charisse Ann Vassallo

Kliem: Emil Calleja Bayliss

Mużika: Mark Scicluna

 

Kemm sirna influwenzati

F’din id-dinja virtwali,

frustranti s-sitwazzjoni

Skjavi f’midja soċjali!

Jeħtieġ li nfittxu nifhmu x’qed isir

U nagħrfu x’inhu tajjeb u ħazin

 

Ftakru... biex tgawdu kull mument

U tgħixu fil-preżent

X’inhi il-verità?

Online jew realtà?

Ftakru... ma nħallux żmien għaddej

għax jaf li jkun għalxej’,

Hemm bżonn nibdew mill-ġdid

U d-deni ndawruh f’ġid.

 

Il-ħin prezzjuż qed naħlu

M’hemmx aktar sentimenti,

ninsew lil ta’ madwarna

u moħħna fil-kummenti.

Mhux tifhem jekk imdejjaq jew kuntent

F’dal-ġenn spiċċajna ntlifna mal-kurrent

 

Ftakru... biex tgawdu kull mument

U tgħixu fil-preżent...

 

Ftakru... li aħna il-futur

f’idejna dan l-unur

nibdlu dir-realtà

għall-ġid tas-soċjetà.

 

Ftakru... biex tgawdu kull mument

U tgħixu fil-preżent...

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.    Il-Passat Mhux Garanzija tal-Futur

Charlene Mercieca Magro

Kliem u mużika: Rita Pace

 

Fir-riklam ta’ xi investiment

Hemm kulħadd jitbissem u kuntent

Wara żejt fil-bażwa u ftaħir

L-istess frażi tqabbdek id-dardir

 

Tkun ġa għamiltha fatta u mingħalik

Tista’ terfa’ b’dak l-imgħax li jtik

U minn bil-ġuħ mejjet, int se ssir sinjur

Kollha xorta u tista’ tmur għand min tmur

 

Il-passat mhux garanzija tal-futur

Isma’ x’qallek fir-riklam dak is-sinjur

U jaqbillek biex ma tkunx diżappuntat

B’alla tiegħek int ma tagħmel qatt lil ħadd

Mhux fil-banek biss isir l-investiment

U għalhekk trid toqgħod ħafna ħafna attent

F’min tinvesti ħajtek u f’min temmen fih

Għax wara li jinqeda bik tista’ tinsieh

 

Anki l-ħbieb għalkemm ma jaħdmux bil-kuntratt

U x’se jiġri ma tipprevedi qatt

Hawn min jilħaqlu u tiskanta kemm hu opportunist

U jbati min hu dejjem twajjeb, altruist, idealist

 

Lit-tfal trabbi tajjeb u fl-inkwiet idaħħluk

Għax mill-ħbieb jiddakkru u wara jittraduk

U l-imħabba saret l-agħar investiment

Li ma tmurx toħroġ bit-telf oqgħod attent!

 

Il-passat mhux garanzija tal-futur

Isma’ x’qallek fir-riklam dak is-sinjur...

 

L-interessi telgħin jew neżlin

Skont is-suq kultant taħseb li rħas qegħdin

Meta bżonnok tiskanta jinxtraw bix-xejn

Bżonnhom inti imma jaħsbuha darba tnejn…

 

Il-passat mhux garanzija tal-futur

Isma’ x’qallek fir-riklam dak is-sinjur...

 

Termini u kundizzjonijiet japplikaw

Għax hemm nies li jaqbel lilhom biss jaraw

L-interessi tagħhom qed imexxu s-swieq

U għalhekk hemm min bħalna qed jaqla’ bis-sieq...

 

Il-passat mhux garanzija tal-futur

Isma’ x’qallek fir-riklam dak is-sinjur

U jaqbillek biex ma tkunx diżappuntat

B’alla tiegħek int ma tagħmel qatt lil ħadd

Lil ħadd, lil ħadd

 

 

 

3.    Il-Fqir

Catriona Brincat u Mario Debono

Kliem u mużika: Mario Debono

 

Rieqed fuq kartuna ġo bieb ta’ palazz

ħdejn laned taż-żibel, irwejjaħ u imbarazz,

in-nies ġewwa darha, fis-sodda komda u sħuna,

tinsa li l-fqir bniedem bħali, bħalek, ħuna.

 

Ħajtu dejjem barra, f’xita, xemx u bard,

jien fil-kenn ta’ dari, ’il bogħod mill-ġuħ u l-mard.

Min jaf kielx illejla jew raqadx bil-ġuħ,

jittallab, jittama, joħlom platt ifuħ?

 

Jien x’se naqbad nagħmel quddiem din it-tbatija?

Tgħid nagħlaq għajnejja jew nara fih lil ħija?

Lesta niftaħ dari, nilqgħu, nagħtih kenn?

Lesta li ntih jiekol, nagħdru, nħobbu, nħenn?

 

Rieqed fuq kartuna ġo bieb ta’ palazz

ħdejn laned taż-żibel, irwejjaħ u imbarazz...

 

Jien x’se naqbad nagħmel quddiem din it-tbatija?

Tgħid nagħlaq għajnejja jew nara fih lil ħija?...

 

Rieqed fuq kartuna ġo bieb ta’ palazz

ħdejn laned taż-żibel, irwejjaħ u imbarazz...

 

Ħajtu dejjem barra, f’xita, xemx u bard,

jien fil-kenn ta’ dari, ’il bogħod mill-ġuħ u l-mard.

Min jaf kielx illejla jew raqadx bil-ġuħ,

jittallab, jittama, joħlom platt ifuħ?


 

 

4.    Professuri

Rachel Lowell

Kliem: Emil Calleja Bayliss u Rachel Lowell

Mużika: Philip Vella u Rachel Lowell

 

Professuri b’tant kummenti

jridu jkunu influwenti,

jaħsbu laħqu presidenti

vera sorprendenti!

 

Professuri kbar soċjali

jispiċċaw tassew fil-għali

dawn mhux bħali

ma jemmnux li aħna lkoll ugwali!

 

Minn wara l-iskrin biex jgħaddu ftit ħin,

jilagħbuha tal-ħelwin dawn l-imberkin!

 

Professuri... Professuri... Professuri tal-misturi

dejjem lesti bil-miżuri f’kull każ serju u minuri.

Professuri... Professuri... Professuri mhux siguri

iħossuhom inferjuri forsi wkoll xi ftit għajjuri.

 

Professuri b’tant ilmenti

li jiħduli s-sentimenti

għal ħadd mhuma attraenti

aħjar baqgħu assenti.

 

Professuri kbar attwali

sugu xejn u kliem banali

faqar mentali,

b’ħafna skużi sentimentali.

 

Minn wara l-iskrin biex jgħaddu ftit ħin,

jaħsbuhom qaddisin dawk l-għażżenin!

Professuri... Professuri... Professuri tal-misturi...

 

Xi riċetta żgur jiktbulek.

mingħajr ma l-but imissulek

jibqgħu imdendla ma’ djulek

u xi difett isibulek.

Xi borom żgur jikxfulek

storja sħiħa se jiftħulek

bil-mod tagħhom isellmulek

sal-personal imissulek.

 

Professuri... Professuri... Professuri tal-misturi...

 

           

 

 

5.    Minn Taħt L-Ilsien

Amber Grace

Kliem: Rita Pace

Mużika: Marco Debono

 

Bħal għasfur imgerrex f’rokna

Mgħawġa nkun taħt il-ħarsiet

Rasi baxxa, nżomm id-demgħa

Mill-mistħija rrid ħelsien

 

Ma kellekx għalfejn tweġġagħni b’dak il-kliem

Quddiem sħabi tumiljani ilek jiem

U dan kollu għax tip tiegħek jien m’iniex

u li jogħġob lilek jien ma jogħġobnix

 

Forsi xi ftit differenti

Forsi bħalek ma nilbisx

Ma niżbogħx bħal tiegħek xagħri

U jekk ma jogħġbokx, tħarisx

Jien m’iniex artifiċjali

Jien kuntenta hekk kif jien

Kemm nixtieq li ngħidlek f’wiċċek

U mhux hekk, minn taħt l-ilsien!

 

Għajnejk jgħarblu id-difetti

Jattakkaw id-dgħufijiet

Jekk ġo xagħri hemm beżbuża

Jiena żgur ma neħlishiex

 

Għidli min taħseb li inti? Illum quddiem kulħadd

Sibt is-saħħa ngħidlek dak li m’għedtlek qatt!

 

Naf li jiena differenti

Naf li bħalek ma nilbisx

Ma niżbogħx bħal tiegħek xagħri

U jekk ma jogħġbokx, tħarisx

Jien m’iniex artifiċjali

Jien kuntenta hekk kif jien

Illum qiegħda ngħidlek f’wiċċek

Mhux iżjed minn taħt l-ilsien!

 

Fl-aħħar qed niqaflek

U anke int illum inħsadt

Ma rridx noqgħod aktar vittma

Il-qawwa tiegħek fuqi spiċċat!

 

Naf li jiena differenti

Naf li bħalek ma nilbisx

Ma niżbogħx bħal tiegħek xagħri

Imma jekk ma jogħġbokx, tħarisx

Hekk kif jien trid taċċettani

Jien kuntenta hekk kif jien

Illum qiegħda ngħidlek f’wiċċek

Mhux iżjed minn taħt l-ilsien!

Minn taħt l-ilsien...

6.    Mobile

Natalie Naudi

Kliem u mużika: Natalie Naudi

 

Filgħodu biex tqum, iqajmek il-mobile
Fil-kamra tal-banju, iddaħħal il-mobile
Tfittex l-app li minnha tixgħel il-kitla
Sa ma tinżel it-taraġ issib il-misħun lest

Waqt li tieħu l-kafè, tara l-mobile
Emails u messaġġi li daħlu mal-lejl
Twieġeb, tirrispondi minn fuq il-mobile
Għadek id-dar, qisek ġa dħalt ix-xog
ħol

 

Biex tgħannaqni ma’ dahri inħoss il-mobile
Dejjem viċin, sar parti minn idejk

Jekk qegħdin id-dar, int fuq u jien isfel
Tibgħatli messaġġ biex tgħidli li għandek l-għatx

 

Biex tara x’ħin hu, tixgħel il-mobile
Biex tara x’temp hu, tiċċekkja l-mobile
Rasek
’l isfel lejn il-mobile f’idejk
Biex tweġibni lanqas biss tgħolli għajnejk

 

Waqt li qiegħda x-xogħol tibgħatli fuq il-mobile
Inħossni eqreb tiegħek milli meta ħdejk
Waqt li qegħdin id-dar, il-mobile jibqa
’ f’nofsna
Kull darba li jdoqq, fis trid tara għalfejn

F’id iżżomm il-furketta, fl-oħra l-mobile
Biex taqra l-gazzetta taqraha fuq il-mobile
Jekk ċempel il-boss trid tirrispondih
Il-mobile tax-xogħol u ma tistax titfih

 

Biex tgħannaqni ma’ dahri inħoss il-mobile...

 

Biex tgħannaqni ma’ dahri inħoss il-mobile...

It-tifel ġie jgħannqek u anqas qed tinduna

Il-mobile insejt, ħa nerġa’ ndur lura

Nagħmel kollox bih, anke biex ktibt dal-kliem

‘Mma ħa nieqaf hawn għax spiċċali iċ-charge...

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.    Missier, Aħfrilhom

Christabelle Scerri

Kliem: Rita Pace

Mużika: Augusto Cardinali

 

X’għamiltlek qatt jiena, ibni l-għażiż

Biex lili żejda llum int qiegħed tqis?

Insejtu delli, li jien lilek tajt

Meta ma’ martek stess hawn innamrajt?

 

Anke mix-xita int taħti stkennejt

Ħutek l-għasafar bla dar int ħallejt!

X’għamiltlek jiena? Kif ħajti ħsadt?

Jien mill-frott tiegħi qatt ma ċaħħadt

 

Fejn qatt inqastek? Lili kkundannajt?

Jien fi xjuħiti naf li ġid biss tajt

Għamiltni tiegħek jien li b’xejn inħlaqt

Mill-Ħallieq don kont biex lilek rejjaqt

 

Missier aħfrilhom dan id-delitt

Li jbaqbaq demm kull min hu sebgħu dritt

Missier aħfrilhom għax jiena se mmut

L-injam ta’ ġismi, fin-nar ġej mixħut

Jien la ħadt grazzi u lanqas ħaqq

Minn ħuti stess ħajti tlift tabilħaqq

Missier aħfirlu anke min ma ħaqqux

Għax mhux tassew l’għamlu dawn ma jafux

 

Għala għażiż tiegħi? Lili ttradejt?

Biex gorboġ ġebel fuqi ppreferejt?

Din il-ħamrija ukoll inti qlajt

Biex is-siment mort int minflokha tfajt

 

L-aħħar nifs tiegħi… ħa nċedi dir-ruħ

Missier f’idejk ilqa’ ħsiebi muġugħ

Il-ġenna miegħek ħudni, hemm fuq

Xejn ma jistħoqqli jien l-infern induq

 

Missier nitolbok, tgħoddulhomx dad-dnub

Imma roddilhom lura dawk il-qlub

Illi llum xierfa aktar mill-konkrit

Li bih dan l-iblah iħaxxen butu jrid

 

Missier aħfrilhom dan id-delitt

Li jbaqbaq demm kull min hu sebgħu dritt...

 

Minkejja dan, deni ma rrid ’il ħadd

Ħniena biss għandi għalkemm il-pulmun fgat

Missier aħfrilhom għax ma jafux

U rodd is-smigħ lil kull min huwa trux

 


 

8.    Normalità Ġdida

JAMM Band

Kliem u mużika: Mark Cachia

 

Niftakar żmien fejn maskri kont tilbishom biss fil-karnival
it-tfal qegħdin jitgħallmu, flok fl-iskola bil-piġama id-dar
il-knejjes m’għadhomx ippakkjati, għall-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd
u kemm kelli nervi għax minn safra iċċaħħadt


Tisma’ n-nies jitkellmu tara professuri kullimkien
tistagħġeb jifhmu f’kollox allavolja ma studjaw imkien
jekk tagħtas iberrqulek u jekk tisgħol tkeċċi n-nies minn ħdejk
u kemm konna kuraġġużi, konna nieklu wara li jonfħu fuq kejk

Din hi n-normalit
à – Normalità Ġdida
insa il-passat u aċċetta l-isfida
l-ingwanti ġorr kullimkien
bla maskra, le tmur imkien
mel’ejja nimxu flimkien għan-Normalit
à Ġdida


Tmur tixtri jiċċekkjawlek it-temperatura kif tidħol mill-bieb,
jekk tgħaddi dritt għas-sanitizer, użah sew bla ma taħlih
fejn qabel, f’ħanut b’maskra, żgur li kont tkun xi ħalliel
illum bla maskra, igergrulek is-sidien

 

Din hi n-normalità – Normalità Ġdida...


Lesti li nidħlu għal dir-realt
à
b’impenn liema bħalu, u bis-serjet
à
kieku lkoll naħdmu sew b’integrit
à
dan in-normal ġdid ngħixuh bi kwalit
à
ir-risposta hija oħt il-kurżit
à
u b’idi fuq sidri, bl-akbar onest
à
fejn nagħti rasi, fejn ser immur
in-normalit
à tkissret, iddur fejn iddur

 

Niftakar żmien fejn kont inżur lil nannti ġewwa dar tax-xjuħ,
fejn qabel kont ngħannaqha, illum ma nissugrax, b’dal-fatt muġugħ

 

Din hi n-normalità – Normalità Ġdida...

 

 

 

 

 


 

9. Jien u Int

Marilyn Aquilina

Kliem u mużika: Marilyn Aquilina

 

Ma nafx kif ngħidlek
Kif nista’ nħares f’għajnejk
u nlissen dak li nħoss


Mhux soltu nistħi
anzi jien komda f’ġismi
għall-inqas ħsibt li kont

 

Ninsabu f’nofs it-taħwid u l-ġenn
m’għandix ħin x’nitlef
donnha d-dinja se tintemm

 

X’hemm ħażin jekk insaqsik
niltaqgħu xi mkien għall-kwiet
’il bogħod mill-konfużjoni u l-inkwiet


X’hemm ħażin immorru mixja fil-kampanja
ingawdu l-ftit li fadal
mingħajr xi kostruzzjoni jew konkrit

 

Għax dejjem xtaqt li nsir nafek iktar
imm’għalik l-imħabba
logħba man-nar
ma rridx inpoġġik f’periklu
jekk nersaq viċin
mel’għidli x’hemm ħażin
li nkunu biss jien u int

 

M’għandix ċans miegħek
xorta waħda jimpurtani minnek
xorta naħseb fik

 

U bqajn’hawn f’nofs it-taħwid u l-ġenn
m’għandix iktar x’nitlef
għax id-dinja se tintemm

 

X’hemm ħażin jekk insaqsik
niltaqgħu xi mkien bla rbit
għax li naħsbu wisq
qatt m’għamel ġid


X’hemm ħażin
niġbdu ritratt ta’ kull bieb ikkulurit
forsi dik tkun iċ-ċavetta
li biha tiftaħ qalbek miegħi
għax tkun trid

 

Għax dejjem xtaqt li nsir nafek iktar
imm’għalik l-imħabba
logħba man-nar
mhux se npoġġik f’periklu
jekk nersaq viċin
mel’għidli x’hemm ħażin
li nkunu biss jien u int

Kif nista’ ngħidlek
Kif nista’ nħares f’għajnejk
Meta naf li ma trid xejn?

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.      Sant’Antnin

Rita Pace

Kliem u mużika: Rita Pace

 

Jien ma’ Santa Fjakka

Taf li demm m’għandix

Naf li ħadtlek rasek

Għinni u nsaqqi l-ħass la tibgħatnix!

 

Sant’Antnin Sant’Antnin

Sibli l-ħwejjeg mitlufin

Sant’Antnin Sant’Antnin

Sibli l-ħwejjeg mitlufin

 

Tlift il-boxxla, s-sens ta’ direzzjoni

U ma nafx kif se nsib soluzzjoni

Tlift il-fidi tiegħi fil-bnedmin

U tlift is-sabar ma’ min hu ġakbin

 

Tlift tal-linja u issa xbajt nistenna

Illi rotta nsib diretta għall-ġenna

Għinni nsib f’dil-ħajja is-sabiħ

Min kibritlu rasu jsib kappell jiġih

 

Sant’Antnin Sant’Antnin...

 

Sant’Antin nistħajlu impjegat miegħi

Miskin hu u l-anġlu kustodju tiegħi

Qed nitlifha ta’ kuljum ta’ spiss

Nitlef l-erre u magħha kull ittra li jmiss

 

Tlift it-tempra u anki it-temprina

Ma’ min ried isib ix-xagħra fl-għaġina

Tlifna s-sens ta’ kull identità

U tlifna kull kuntatt mar-realtà

 

Sibli storja li mhijiex imħawra

Sib ħabib ta’ veru u tkun sibt ġawhra

Sibli roqgħa fejn immur nistkenn

Mill-ħajja mgħaġġla nsib il-ħin, il-kenn

 

Għamlet ħasla u ma sabitx

Par kalzetti illi hu pariġġ

Qatt ma ddejqu lil dal-qaddis

Meta tkun tilfet il-piż

 

Sant’Antnin Sant’Antnin...

 

Tliftu għaqli niġri wara l-ħolma

Illi llum ħalliet biss togħma morra

Tgħid tlifna tal-ħajja kull valur?

Tlifna l-irġulija, kulħadd sar pinnur

 

Ġibli lura lil dik it-tarbija

Li ġarrejt jien għal tliet xhur go fija

Sibli s-sens li ma nibdiex mil-lum

Minn kulma nara niġi naqa’ u nqum

 

Sant’Antnin Sant’Antnin...

 

Sant’Antnin nitolbuk tagħti kasna

Għaliex fl-aħħar se nitilfu rasna

Sant’Antnin hawn taħt il-bini ndfinna

U l-klawstrofobija se ġġenninna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11. F’Dirgħajk

Jean Claude Vancell

Kliem u mużika: Jean Claude Vancell

 

Int… int li ddawwalli d-dlam,

Li demmi ssaffih mill-imrar.

Int, forsi lanqas biss taf

Li kliemek hu l-għadu taċ-ċpar

Li joħnoq il-qalb.

 

Jien nara l-ħajja f’għajnejk,

It-tama tal-ġejjien f’idejk.

Jekk mitlufa f’dan l-oċean

Inkun il-kewkba li twasslek id-dar,

Għax fl-aħħar tal-jum

M’hemmx kenn aħjar ħlief

 

F’dirgħajk… fejn il-ħolm lest li jtir,

Fejn dak li ma jseħħx jista’ jsir.

Hemm ngħum ġol-ikħal ilmijiet

U nħobb il-qalb li dejjem ridt.

 

It-tlellix ta’ dil-belt ma jxebbax,

Ma’ mħabbtek ma jikkumparax.

Jekk ser tfitt’xni, kun af li nkun hemm

Bi mħabba li mhux ser tintemm

Għax fl-aħħar tal-jum

M’hemmx kenn aħjar ħlief

 

F’dirgħajk… fejn il-ħolm lest li jtir…

Fejn dak li ma jseħħx jista’ jsir.

Hemm ngħum ġol-ikħal ilmijiet

U nħobb il-qalb li dejjem ridt.

 

F’dirgħajk… fejn il-ħolm lest li jtir…

Fejn dak li ma jseħħx jista’ jsir.

Hemm ngħum ġol-ikħal ilmijiet

U nħobb il-qalb li dejjem ridt.

 

U meta tħoss id-dawl jintefa minn għajnejk

Lest nerfa’ l-aħħar nifs minn fuq xofftejk,

U meta l-lejl hu twil u ma jrid jgħaddi b’xejn

F’dirgħajk insib il-mistrieħ.

 


 

12. Sakemm Sibt Garaxx

Sarah Micallef Muscat

Kliem: Frederick Camilleri

Mużika: Augusto Cardinali

 

Sa sebgħa w sittin,

Kont ngħix f’mezzanin.

Inħallas il-kera, għax kont l-inkwilin.

Ġie jħabbat il-bieb,

U mingħajr tlaqliq,

B’ta’ fuqi senduqi tkeċċejt barra t-triq.

 

Ma stajtx nikri post,

Talbuni il-mijiet,

Jien ngħix bil-pensjoni,

Ma stajtx inħallas dal-kirjiet.

 

Sakemm sibt garaxx,

Il-kera kien baxx,

Kien fih sodda waħda,

Fejn stajt norqod raqda.

Bil-lejl bix-xemgħat,

Fix-xitwa nġazzat,

Fis-sajf fgat bis-sħana,

Dan fl-aqwa żmien tagħna.

 

Jien qsamt l-ilmijiet,

Biex naħrab l-inkwiet,

Pajjiżi kien mifni bil-faqar u mwiet.

Ħaddimni bennej,

Bla naf x’inhu ġej,

Jagħtini kemm ngħaddi bla skruplu ta’ xej’.

 

Fejn noqgħod m’għandix,

Talbuni il-mijiet,

Bil-paga li għandi,

Ma stajtx inħallas dal-kirjiet.

 

Sakemm sibt garaxx,

   Il-kera kien baxx ,

Ġo fih ngħixu tmienja,

Suppost ngħixu hienja!

Bil-lejl bix-xemgħat,

   Fix-xitwa nġazzat,

Fis-sajf fgat bis-sħana,

Dan fl-aqwa żmien tagħna.

 

Sakemm sibt garaxx,

Il-kera kien baxx,

Kien fih sodda waħda,

Fejn stajt norqod raqda.

Bil-lejl bix-xemgħat,

Fix-xitwa nġazzat,

Fis-sajf fgat bis-sħana,

Dan fl-aqwa żmien tagħna.

 

Jien tajt lil pajjiżi,

Sal-għaraq ta’ xbini,

U issa nesieni,

F’garaxx ġie ħallieni.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

13. Fittixtek

Ruth Portelli

Kliem: Emil Calleja Bayliss

Mużika: Mark Scicluna


Għajnejk ma rawnix
u widnejk ma semgħunix,
imma qalbi baqgħet tiegħek
għaliex ruħi irbatt miegħek.

B’fommok m’għajjattlix
u bi lsienek ma faħħartnix,
bil-mod bdejt titbiegħed minni

irħejt idek minn ma’ idi.

U jum minnhom sparixxejt,
waħdi naqdef hawn ħallejt.

Jien fittixtek ma sibtekx
rabta miegħi ma għandekx
dak li ridt ngħidlek m’għidtlekx
m’urejtekx.
Jien fittixtek ma lmaħtekx
xtaqt
li ngħidlek ma bkejtekx
f’ħajti aktar ma ridtekx
ma nafekx.

Riġlejk żgur ħaffew
u dnubietek intesew
int ħallejtni hawn fil-għama
donnok kont taf li m
’hemmx tama.

Il-memorji intesew
imma d-dubji reġgħu ġew
ma nafx kif mill-ġdid
waqqajtni
ħsibt li għażla ġdida tajtni

U jum minnhom sparixxejt,
waħdi naqdef hawn ħallejt.

Jien fittixtek ma sibtekx
rabta miegħi ma għandekx
…

Maħsuda qomt
b’dak li kont ħlomt
imniggża bl-għollieq
ħsibt li dan nixtieq.
Mitlufa ksaħt
jien mort minn taħt
bogħod minn kullimkien
noħlom b’ward fil-ġnien.

Jien fittixtek ma sibtekx
rabta miegħi ma għandekx
…


 

14. Mediterran

Amber Marie Coleiro

Kliem: Joe Julian Farrugia

Mużika: Andrew Zammit

 

Baħar mimli bis-snin bla jixjieħ

tfawwar żgħożitu mal-mewġ

stejjer moħbija fejn qiegħ ma jidhirx

rebħ ta’ kursari u telfien

f’nofs id-dagħbien

f’ġirja għall-ħelsien...

 

Ilma ħalliem, wegħdi ta’ sliem

taħt xemx il-benna fit-togħmiet

f’medda ta’ lwien... tfittxija

xefaq ħerqan

Mediterran...

 

Ara l-ħġejjeġ imqabbda max-xtut

fl-għabex imtajjar is-sħab

żifnet il-gawwi, tqanqil il-Grigal

bla ħjiel tal-għada x’se jkun

f’tarf l-istaġun

dgħajsa bla tmun

 

Ilma ħalliem, wegħdi ta’ sliem...

 

F’artijietek għatxana

jinbet ward, jinbet l-għollieq

misterjuż

destinhom il-ġnus...

 

Ilma ħalliem, wegħdi ta’ sliem

 

Ilma ħalliem, wegħdi ta’ sliem...

 

Ilma ħalliem, wegħdi ta’ sliem

Mediterran

Mediterran

 


 

15. Anġli Żgħar

Kayley Cuschieri

Kliem: Joe Julian Farrugia

Mużika: Philip Vella

 

Minn twelidhom tfal speċjali

għalkemm taħsdek l-aħbar

imma fl-għożża tal-familja

l-għaxqa jsiru ta’ ġod-dar

 

Jibdew jikbru bħal tfal oħra

differenti mhumiex

jidħku, jibku u jilagħbu

kull mument ma jintesiex

 

Tant ħelwin u innoċenti

ġmiel ifawwar il-madwar.

Jagħmlu kollox bil-pass tagħhom... anġli żgħar

 

Daqskemm jafu jħobbu huma

ma jaf iħobbok ħadd

u ma jagħmlu xejn b’mibegħda

dik ġo qalbhom ma tkun qatt.

 

Fjur ġenwin fi ġnien il-ħajja

tbissima ta’ bla tmiem,

f’din id-dinja kkumplikata

b’ħarsa waħda jxerrdu s-sliem...

 

Mhux biżżejjed niggustawhom

ġugarell taħsbuhomx

jafu jħossu bħali u bħalek

jaqgħu lura tħalluhomx.

 

M’għandhomx bżonn min jitħassarhom

ħiliet għandhom, abbiltà...

Jagħmlu kollox bil-pass tagħhom... anġli żgħar

 

Daqskemm jafu jħobbu huma

ma jaf iħobbok ħadd...

 

Dik il-kromożoma żejda

tathom aktar milli ħadet

anki lilna tatna ħafna

bihom fostna... ħafna ferħ...

 

Daqskemm jafu jħobbu huma

ma jaf iħobbok ħadd...

 

 

 

 

 

16. Il-Ħass u l-Basal

Kemmuna Airways

Kliem u mużika: Rita Pace

 

Forsi x-xemx qed tagħmel minna barbikju

U tixwi lil kull midneb, anki niedem, hu min hu

Kulħadd għajjien, kulħadd... aħna lkoll, u anki jien

U kulur wieħed ċapep qiegħed nara kullimkien

Ġebel abjad imdardar

Is-sema qed tfarfar

Fuq rasna l-burdati

Bħall-ġobon tal-ħakk…

 

Tħallatx il-ħass mal-basal

Qalu... Qalu...

U kieku stess il-binjiet

Twalu... Twalu...

U mbilli tisgħol ftit

Tagħmilx għaġeb issa trid?

Għax dik l-allerġija

L-pirmli għaliha

Tista’ tixtri l’hawn il-flus…

 

Tħabbilx rasek, hawn il-flus

Toqgħodx tgerger, hawn il-flus

Mhux ġo buti, imma hawn il-flus

Mhux ġo buti, imma hawn il-flus

 

Ħallina minnek, tkomplix tgerger, aqta’ ftit

Issa qażżiżtu ’l Leli tgħidu, qtajtli kull aptit

Ara għandekx bżonn tmur għand tabib ħa dderri u tkun ferħan

Għandek minn kollox… tbissem ftit, kun pożittiv, kemm int baħnan!

Nisgħol u nagħtas

Waqt li nħoll il-qratas

Tal-vitamina Ċ bit-tikka u niġbed il-ventolin...

 

Tħallatx il-ħass mal-basal

Qalu... Qalu...

 

Tħabbilx rasek l’hawn il-flus….

Kollox tixtri l’hawn il-flus

Kollni dejn imma hawn il-flus

Mhux ġo buti imma hawn il-flus

 

Dir-rassa nħossha tagħfas fuqi u ma nistax

Nitmattar għaliex post fejn nimraħ ma baqax

Kulħadd qed jiġi għala biebu minn kulħadd

Tigdem ilsienek biex ma tkunx iġġudikat

Ħriġt għall-arja u kien hemm wieħed ipejjep sigarett

Kont xi darba jien nilmenta imm’iss’ ’qas kelma mġiddma m’għedt

M’għadnix nagħraf differenza

L-arja xorta ħmieġ fl-essenza

Qed inpejjep bla ma rrid id-dħaħen u t-trabijiet….

 

Tħallatx il-ħass mal-basal

Qalu... Qalu...

 

Qiegħed nifga, imma hawn il-flus

Nibla’ l-pirmli, imma hawn il-flus

Mhux ġo buti, imma hawn il-flus

Basta npaxxi xi qażquż...

 

 

Ir-Rebbieħa GħTP 2026

IR-REBBIEĦA TAL-50 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2026 fi Pjazza Teatru Rjal, [...]

Il-finalisti GħTP 2026

L-GĦANJA TAL-POPLU 2026IS-SIBT 1 TA' AWWISSU FID-20:45ĠEWWA PJAZZA TEATRU RJALBIS-SEHEM TAL-MALTA CONCERT ORCHESTRABILJETTI MINN TICKETLINE.COM.MT [...]

Is-Semifinalisti GħTP 2026

Il-Kanzunetti Semifinalisti 2026 Ġew sottomessi 130 kanzunetta għall-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Minnhom, ġurija magħmula minn ħames membri għażlet 42 [...]

Regolamenti GħTP 2026

Informazzjoni għall-artisti tal-kanzunetta Maltija Il-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu 2026 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta [...]

Ir-Rebbieħa GħTP 2025

IR-REBBIEĦA TAD-49 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il [...]

Il-Parteċipanti GħTP 2025

Booking minn Ticketline.com.mt L-GĦANJA TAL-POPLU 2025 Il-kantanti finalisti flimkien mal-Malta Concert Orchestra qed jagħmlu [...]

Il-Finalisti 2025

Il-Kanzunetti Finalisti tad-49 EdizzjoniL-GĦANJA TAL-POPLU 2025 Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2025 saret is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Mejju. B’kollox ikkonkorrew [...]

Is-Semifinalisti GħTP 2025

Il-Kanzunetti Semifinalisti 2025 Għad-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2025, ġew sottomessi 124 kanzunetta. Minnhom, ġurija magħmula minn ħames membri għażlet 40 [...]

Ħarġu r-Regolamenti 2025

  | Regolamenti 2025 | Applikazzjoni 2025 | Sejħa lill-Artisti : Ħu sehem f' L-Għanja tal-Poplu 2025 L-Għanja tal-Poplu huwa ċelebrazzjoni tal-lingwa u [...]

Ir-Rebbieħa GħTP 2024

IR-REBBIEĦA TAT-48 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta [...]

Is-Serata Finali GħTP 2024

L-Għanja tal-Poplu 2024 L-Ordni tal-Kanzunetti fis-Serata Finali 01. Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella) 02. Daqqa ta’ [...]

Jintgħażlu l-Finalisti GħTP 2024

L-GĦANJA TAL-POPLU 2024 Jintgħażlu l-Finalisti tat-48 Edizzjoni Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2024 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew 120 kanzunetta [...]

Is-Semifinalisti GħTP 2024

  Il-Kanzunetti Semifinalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 (It-48 Edizzzjoni) B’kollox ġew sottomessi 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – [...]

Ippublikati r-Regolamenti 2024

KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni [...]

Kanzunetti GħTP-2022

Il-album L-Għanja tal-Poplu 2023 jinsab fuq ħafna pjattaformi mużikali oħra.

Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2023

Ir-Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra taħt [...]

Il-Finalisti GħTP 2023

Il-Finalisti ta' L-Għanja tal-Poplu 2023 (Is-47 edizzzjoni) Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2023 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew [...]

Is-Semifinalisti 2023

Il-Kanzunetti Semifinalisti ta' L-Għanja tal-Poplu 2023 (Is-47 Edizzzjoni) B’kollox ġew sottomessi 142 kanzunetta għas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn [...]

Ħu Sehem fl-Għanja tal-Poplu

Għeżież awturi u kompożituri, Bi pjaċir inħabbru is-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fil-5 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem [...]

Il-50 Anniversarju

Ċelebrazzjoni tal-50 sena mill-bidu tal-festival fl-1973. Bi pjaċir nistednukom tingħaqdu magħna għall-avveniment L-Għanja tal-Poplu - Leħen il-Maltin (1973-2023) nhar il-Ħamis 30 ta’ Marzu [...]

Kanzunetti GħTP-2022

L-Għanja tal-Poplu 2022 (Is-46 Edizzjoni) tinsab wkoll fuq ħafna platforms mużikali oħra. [...]

Kif Torganizza Event

Kors ta’ taħriġ għall-membri tal-Għanja tal-Poplu u Għaqdiet Volontarji Maltin L-Għaqda L-Għanja tal-Poplu qed toffri kors ta’ taħriġ fejn dawk li jattendu jitgħallmu [...]

Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2022

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe [...]

Update – L-Għanja tal-Poplu 2022

L-GĦANJA TAL-POPLU 2022 (Is-46 Edizzjoni) Is-serata finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022 se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem [...]

Finalisti 2022

Il-Finalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2022 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. Il-membri tal-ġurija semgħu 40 [...]

Semifinalisti-2022

  Is-Semifinalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP B’kollox ġew sottomessi 131 kanzunetta għas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn [...]

Applikazzjonijiet 2022

L-Applikazzjonijiet Jinsabu MagħluqaInfakkru li l-applikazzjonijiet għal L-Għanja tal-Poplu 2022 huma miftuħin sat-18 ta’ Marzu. L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu online sat-18 ta' Marzu 10pm . (Ara [...]

Webinar 2022

Webinar 2022 għall-Artisti tal-kanzunetta Maltija nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm. Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal [...]

L-Għanja tal-Poplu 2022

Is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella' fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 30 ta' Lulju 2022 bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt it-tmexxija ta' [...]

Update –Lejn is-46 Edizzjoni

Minkejja d-diffikultajiet li qalgħet il-pandemija, il-kumitat organizzattiv xorta tella' l-45 edizzjoni tal-festival nhar is-Sibt 7 ta' Awwissu 2021. Il-palk ta' Pjazza Teatru Rjal [...]

Sapport

Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu ta’ kull sena jtella’ festival ta’ kanzunetti oriġinali b’messaġġi relevanti għalina il-Maltin. Ħafna mill-fondi tagħna jiġu mill-attendenza għall-festival. Minkejja [...]

  • Sean - Fuq L-ixkaffa
  • Haley Azzopardi , Paul Ellul
  • Magdalene Farrugia, Mario Camilleri
  • Dario u Grecia Bezzina
  • Mark Laurence Zammit

Premjijiet GhTP 2021

  IR-REBBIEĦA TAL-45 EDIZZJONI TA' L-GĦANJA TAL-POPLU Festival Tal-Kanzunetta Maltija L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt [...]

Kompettizzjoni Semmi3

Isma' l-kanzunetti fuq soundcloud jew ara l-videos fuq facebookSemmi l-kanzunetti li se jikklasiffikaw fl-ewwel tliet postijiet fl-Għanja tal-Poplu 2021Semmi3 rebbieħa u tista' tirbaħ [...]

Il-Kanzunetti Finalisti fl-Ordni Li Se Jitkantaw

Titħabbar l-ordni tal-kanzunetti finalisti ta’ L-GĦANJA TAL-POPLU 2021 L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se jittella’ nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru [...]

Il-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021

Jintgħażlu l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Il-membri tal-ġurija fil-fażi tas-semifinali semgħu l-40 kanzunetta magħżula minn 178 kanzunetta. Il-ħames ġurati taw il-ġudizzju [...]

Is-Semifinalisti GħTP 2021 (Il-45 Edizzjoni)

IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2021 - Il-45 Edizzjoni B’kollox ġew sottomessi 178 kanzunetta għall-45 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn, [...]

Konkorrenza Qawwija għal L-Għanja tal-Poplu 2021

Konkorrenza qawwija għall-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Il-Kumitat ta’ L-Għanja tal-Poplu jirringrazzja lill-artisti tal-kanzunetta Maltija għall-interess kbir fil-festival hekk kif b’kollox intlaqgħu 178 kanzunetta [...]

Mistoqsijiet Frekwenti – Dwar GħTP 2021

Mistoqsijiet Frekwenti - Dwar GħTP 2021 M: Bir-regolamenti l-ġodda tas-saħħa, xorta se jsir il-festival? T: Il-pjan hu li l-festival jittella' fis-7 ta’ Awwisu bis-sehem [...]

WEBINAR 11-02-21 6PM

Your Content Goes Here Il-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se tittella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021 fi [...]

Segwi L-Għanja tal-Poplu 2020

  L-Għanja tal-Poplu 2020 Fuq TVM nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru fit-8.30 pm.  L-Għanja tal-Poplu baqa’ jgawdi dak l-ispirtu ta’ ħbiberija, [...]

Biex Inkantaw Kif Nitkellmu

LEJN IL-KANZUNETTA MALTIJA AKTAR MALTIJA Noħolqu kant fuq it-tonalità ta’ kif nitkellmu Jikteb: JOE C AQUILINA Hawn jien, ftit xhur ’il bogħod milli [...]

Jitħabbru l-Finalisti GĦTP 2020

IL-FINALISTI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU (44 EDIZZJONI) Tħabbru s-sittax-il kanzunetta finalista tal-44 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 ser tkun [...]

Is-Semifinalisti GĦTP 2020

IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2020 B’kollox ġew sottomessi 80 kanzunetta għall-44 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu. Il-ġurija għażlet l-40 kanzunetta semifinalista li ser jinstemgħu minn [...]

Applika Online sa l-1 ta’ Lulju 2020

Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-44 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu jemmen fil-ħila tal-awturi, kompożituri u l-gruppi mużikali Maltin. Minkejja s-sitwazzjoni preżenti ma qatax [...]

NEWS GħTP

Stqarrija għall-Istampa minn L-Għanja tal-Poplu Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-44 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, [...]

Estensjoni – Data tas-Sottomissjoni

Avviż mill-Għanja tal-Poplu: Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, id-data tas-sottomissjonijiet tal-kanzunetti se tiġi estiża u mħabbra aktar ’il quddiem. Il-Kumitat [...]

L-ordni kif ser ikantaw il-finalisti

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija - 43 Edizzjoni  (2019) << Booking minn  www.kultura.mt >> L-Ordni kif  kif ser jitkantaw is-sittax-il kanzunetta finalista  [...]

Parteteċipanti – L-GĦANJA TAL-POPLU 2019

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija 43 Edizzjoni – 2019  Is-sittax-il kanzunetta finalista Bejn L-Erba' Ħitan - Kayley Cuschieri (Alexander Ellul, Mark Spiteri [...]

Il-Kanzunetti Semi-Finalisti 2019

IL-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI GħTP 2019 B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta għat-43 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija [...]

Fl-Opinjoni Tieghek GħTP-2019

https://www.surveymonkey.com/r/SYCBKM7 Napprezzaw jekk timla' l-kwestjonarju. Jieħu 3 minuti biss biex timliħ.

Is-Semi Finalisti GħTP-Ż 2019

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2019 Kanzunetti u Kantanti Semi-Finalisti   (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta) Isem Kanzunetta Kantant/a Bla Ma Rrid Emma Cutajar [...]

Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019

    Il-ħames edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser tittella’ il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019 fit-teatru tal-kulleġġ San Benedittu Ħal Kirkop.  Bħas-sena [...]

Ir-Rebbieħa L-Għanja Tal-Poplu 2018

Press Release IR-REBBIEĦA TAT-42 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU Festival tal-Kanzunetta Maltija Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2018 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza Teatru Rjal [...]

Alan Casha – L-Immigrant

Alan Casha Alan Casha mwieled ir-Rabat Għawdex fis-26 t’Ottubru 1991.  Alan hu mużiċist u kant-awtur.  Alan sab il-passjoni fil-mużika minn [...]

Mark Cachia – L-Aħħar Żifna

 Mark Cachia Mark Cachia (twieled fit-12 ta` Diċembru 1982) beda jistudja l-mużika fl-eta` ta` 6 snin fejn speċjailżża fil-pjanu.  Hu kompla [...]

Michela Galea – Mhux Kull Ma Jleqq Deheb

Michela Galea T’eta tenera mmens, Michela għamlet ħoss kbir fix-xena tal-mużika lokali, u rebħet edizzjoni speċjali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza lura [...]

F’Ilsien In-Nies

 Dario u Grecia Bezzina Dario u Grecia Bezzina bdew jistudjaw il-mużika u l-kant minn eta’ tenera għand il-kantanta mamis Doreen [...]

Lydon Incrovaja – Weghedni

Lydon Incorvaja Lydon Incorvaja twieled fil 11 ta Awissu fl 1996 u jghix gewwa il lokalita tal gzira. Huwa kantant, [...]

Hadd Ma Jaf Xi Jrid

JAMM Band JAMM Band hija band versatili li ddoqq ħafna stili differenti ta’ mużika. Din il-band hija mibnija minn ħames membri, li l-maġġor parti mill-Mellieha. Ġiet iffurmata [...]

Rita Pace – Bis-Serqa

Rita Pace Rita Pace hija kantawtriċi li tikteb kemm għaliha u għal kantanti oħrajn. Hija ħadet sehem fil-diversi festivals bħala [...]

Dwett – Mhux Kif Ħsibt

Dwett L-ilħna wara Dwett huma ta’ Cherylis u Mikhail, żewġ kantanti solisti li lura fis-sena 2014 ġiethom l-idea li jibdew [...]

Monica Said – Anamika

Monika Said Monica Said hija kantanta ta’ għoxrin sena, mill-Munxar Għawdex. Ilha tkanta minn mindu kellha tlettax-il sena, u minn [...]

Neville (Neville Refalo)

Neville (Neville Refalo) Neville beda l-karriera tiegħu 16-il sena ilu taħt it-tagħlim tal-Maestro lokali Bryan Cefai. Ħa sehem f’diversi festivals [...]

Krista Spiteri Lucas – Fjuri tal-Karti

Krista Spiteri Lucas Krista Spiteri Lucas twieldet  fit-22 ta” Marzu, 2001 u tattendi skola fil-livell  post sekondarju. Joghgbuha s-suggetti relatati [...]

Cain – Min Aħna?

Cain Cain Portelli, twieled fil-15 ta’Novembru 2001, skopra l-imhabba għall-mużika ta meta kellu biss erba’ snin. Beda jkanta still pop [...]

Charlene – Nistenniek

Charlene Charlene għandha 33 sena u minn meta kienet żgħira il-ħolma tagħha kienet li tkanta – ħolma li dejjem żammet [...]

Philip Vella – Allura

Philip Vella Philip Vella hu wiehed mill kantanti popolari mal Maltin ghall kanzunetti tieghu bhal X’Jimpurtani, Marija, Kemm jien Bezzul [...]

Ruth Portelli

Ruth Portelli Mill-gżira Għawdxija, Ruth Portelli forsi hija kemm isem u wiċċ ġdid għal ħafna għaliex mhux waħda li tiffrekwenta [...]

Il-Kanzunetti Finalisti- Tittella’ l-Polza

Click edit button t Fl-1 ta’ Settembru t-42 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija It-tnejn u erbgħin edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ is-Sibt [...]

Jiftaħ il-Booking

Ibbukja issa minn:  ticketline.com.mt Biljetti early bird , €10 (flok €15) L-offerta validda sal-10 t'Awwissu

Finalisti 2018

Jitħabbru l-finalisti tat-42 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella’ s-Sibt l-1 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta [...]

JINTGĦAŻLU L-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI

B’kollox ġew sottomessi 137 kanzunetta għat-42 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu  - Festival tal-Kanzunetta Maltija . Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames [...]

L-APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU FIT-22 TA’ MEJJU

L-GĦANJA TAL-POPLU   FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA It-42 edizzjoni  ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu [...]

Laqgħa informattiva 13 t’April 2018

Laqgħa Informattiva 13 ta’ April 2018   Stedina għall-artisti tal-kanzunetta Maltija. Għadna kif ħabbarna r-regolamenti tat-42 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta [...]

L-GĦANJA TAL-POPLU – UPDATE 3

Update 3 - Il-Kanzunetti ser jintlaqghu nhar it-Tlieta 22 ta' Mejju 2018 L-Ghanja tal-Poplu  - Festival tal-Kanzunetta Maltija 42 Edizzjoni - 2018 [...]

L-Għanja tal-Poplu 2018 – Update 2

Il-Festival fl-1 ta' Settembru u l-kanzunetti jintlaqgħu f'nofs Mejju. Wasalna biex nippublikaw ir-regolamenti ta’ dan il-festival li ser jkunu  jixbħu lil dawk [...]

L-Għanja tal-Poplu – 42 Edizzjoni (Update)

Messaġġ lill-parteċipanti : Issa li għadda l-festival taż-Żgħażagħ twettaq b'suċċess inħarsu 'l quddiem b'antiċpazzjoni għal-festival L-Għanja tal-Poplu Festival tal-Kanzunetta Maltija. Qed nippreparaw [...]

Ir-Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018

L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018 ​​ir-Rebbieħa PRESS RELEASE L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem il-ġimgħa, (il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018),  fit-Teatru [...]

Booking L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ

Ibbukja hawn : Fil-għodu għall-iskejjel  10am        Filgħaxija għall-publiku 7.30pm RAPREŻENTAZZJONI GĦALL-ISTUDENTI Form 1 sa Form 5 il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018, mill-10:00 sa 11:45 [...]

Fetaħ il-Booking

  Min jixtieq jattendi l-festival għax il-biljetti minn ticketline.com.mt huma limatati.

Jiltaqgħu il-Finalisti

L-Għanja tal-Poplu - Żgħażagħ, fit-2 ta’ Marzu Il-Finalisti jiltaqgħu fil-Palazz Verdala Charisse Ann Vassallo, Martina Galea Loffreda,Thea Aquilina,  Ilenia Camilleri, Rachel Lowell,Aidan [...]

Tittella’ il-Polza GħTP-Ż

  Kanzunetta Kantant/a/i 1 Kliem Eliana Gomez Blanco 2 Manikin Luana Schembri 3 Ħmistax Thea Gauci 4 Triq Oħra Ilenia Camilleri 5 [...]

Finalisti Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ

Jitħabbru l-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018 Dawn huma il-kanzunetti finalisti li ntgħażlu minn ġurija wara li nstemgħu lajv waqt semi-finali nhar is-Sibt [...]

L-GĦANJA TAL-POPLU – Żgħażagħ

L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu fit 2 ta' Novembru 2017; Nofs Novembru jitħabru it-30 semi-finalista; Bidu ta' Diċembru jintagħżlu l-finalisti; il-Ġimgħa 2 ta' Marzu [...]

  Ir-Rebbieħa tal-41 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu

PRESS RELEASE IR-REBBIEĦA TAL-41 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU Festival tal-Kanzunetta Maltija   Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2017 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza [...]

Finalisti 2017

Kanzunetti Finalisti 2017 L-Ghanja tal-Poplu, Is-Sibt 2 ta' Settembru 2017, 20.30. Biljetti €10 minn ticketline.com.mt

Jitħabbru it-48 Kanzunetta Semi-Finalista

  Għall-fażi eliminatorja tal-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija daħlu 131 kanzunetta. Minnhom għaddew 48 għas-semi finali.  It-tieni eliminatorja li kellha ssir fil-bidu ta’ [...]

Regolamenti 2017

Il‑kanzunetti jintlaqgħu fl‑uffiċċju tal‑Għanja tal‑Poplu, 227 Triq il‑Merkanti, il‑Belt, nhar Il-Ħamis 11 ta’ Mejju 2017 , mill-10:30–12:00 u mis-18:00 sad-21:00 L-eliminatorji pjanati għall-1, 2 [...]

Waslet il-41 Edizzjoni

 Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Id-data ta’ [...]

FORUM 14 u 21 ta’ Jannar

Alfred C. Sant - Ħsieb profond fuq Lanċa Ġejja u L-Oħra Sejra Trevor Zahra - waqt il-Forum - Orizzonti Ġodda [...]

Staff

Sejħa għall-applikazzjonijiet Xogħol – Part-Time – Festival Production Manager mal-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, permezz tal-Cultural Partnership Agreement mal-Kunsill Malti għall-Arti Din is-sejħa għalqet ( [...]

Sunny Aquilina

  Sunny Aquilina twieled Bormla, il-Belt Cospicua minn Elizabeth, xebba Gauci, u Emmanuel Aquilina nhar l-1 t’April, 1946. Huwa l-kbir fost disa’ ulied. Ħa [...]

Lirika (40Ed)

Ta’ Billejl kliem: Paul Ellul mużika: Mark Spiteri Lucas ikanta: Neville Refalo Sarli l-ħin biex immur naħdem, jien illum ix-xift tal-lejl, il-jiem tiegħi saru [...]

**BILJETTI GĦALL-40 Edizzjoni**

[IXTRI BILJETTI] MILL-KAVALLIER TA’ SAN ĠAKBU SERATA SEMI-FINALI – IL-ĦAMIS 7 TA’ LULJU (€8) ; SERATA FINALI - IS-SIBT 9 TA’ LULJU (€12) PREZZ [...]

Il-Finalisti tal-40 Edizzjoni

Jitħabbru il-kanzunetti finalisti L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed) Dawn huma it-18 il-kanzunetti finalisti f'ordni alfabetika ta' L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta [...]

It-Tieni Fażi tal-Għażla

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed) Wara li l-għażla tal-40 kanzunetta, il-kanzunetti finalisti mistennija jkunu magħżula din il-Ġimgħa,  u jitħabbru fl-aħħar tal-week-end [...]

L-ewwel Fażi tal-Għażla

              Il-Kanzunetti finalisti mistennija jitħabbru din il-Ġimgħa. L-Għanja tal-Poplu - Festival tal- Kanzunetta Maltija. Wara li ntagħżlu 40 [...]

Klabb Ghanja

Jekk trid tinzamm infurmat dwar il-festival u tkun minn ta' l-ewwel li tkun mistieden għall-attivitiajiet inkiteb fi Klabb Ghanjafest. Trofew - L-Għanja tal-Poplu [...]

Il-kanzunetti jintlaqgħu it-Tlieta 19 t’April 2016

L-awturi u kompozituri tal-kanzunetta Maltija mistiedna jissottomettu kanzunetti ghall-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella'  fi Pjazza Teatru Rjal fis-7 u fid-9 [...]

Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb

L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija L-40 Edizzjoni Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb Min jixtieq jattendi jiktbilna hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/ tirċievi konfermaPost Kavallier ta' San [...]

Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.

Kummenti u suġġerimenti mingħand it-tieni ġurija tad-39 edizzjoni miġbura minn Josephine Ebejer Grech. L-ewwel Ġurat Hawn materjal validu. Hemm ukoll xewqa li ninterpretaw il-ħajja [...]

Laqgħa fi Spazju Kreattiv 9/3/16

Laqghainformattivanharl-Erbgħa 9 ta' Marzu fis-6.00 fi Studjo B fi SpazjuKreattiv il-Belt, dwarL-Għanjatal-Poplu - Festival tal-KanzunettaMaltija Ikbilna li tixtieq tattendi hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/

Manwel Mifsud dwar il-Kanzunetta bl-ilsien Malti

intervistat minn Michael Bugeja X'tgħid dwar Il-qawmien li kien hemm dawn l-aħħar snin fl-użu tal-ilsien Malti minn gruppi żgħażagħ fi sfond ta' mużika kontemporanja (vs [...]

  • Logo L-Għanja tal-Poplu

L-Għanja tal-Poplu < l-40 Edizzjoni >

L-Għanja tal-Poplu għandu jieħu żvolta' ġdida hekk kif id-diriġenti tal-festival għamlu ftehim ta' kollaborazzjoni maċ-Ċentru għall-Kreattivita'. It-Tnedija tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu mistennija ssir fi [...]

L-40 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Għalkemm pajjiżna hu pajjiż żgħir, hu għandu identita’ sħiħa fil-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-ħajja; u xejn inqas fil-qasam mużikali. Il-pajjiż wiret u qed jitħabat li [...]

Music brings us together in celebration

Music brings us together in celebration Lorem ipsum dolor sit ets amet, consectetur adipiscing elit sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et [...]

GħTP 2015 Play List

[soundcloud url="https://api.soundcloud.com/playlists/89374209" params="color=ff5500&auto_play=false&hide_related=false&show_comments=true&show_user=true&show_reposts=false" width="100%" height="750" iframe="true" /] Group Photo L-Għanja tal-Poplu 2015

L-Għanja tal-Poplu 2015

L-Għanja tal-Poplu 2015 (39 Ed) Festival ta' Kanzunetti Oriġinali bil-Malti Is-Sibt 21 ta' Marzu 2015 fis-7.30pm Biljetti minn €10 u €8 minn <<<hawn>>> Il-Festival [...]

Ordni kif ser jiġu ppreżentati l-kanzunetti

L-Għanja tal-Poplu 2015 (39 Ed) Biljetti ser ikunu għall-Bejgħ minn St James Cavallier jew mill-Website. Irriżerva Biljetti Kanzunetta – Kantant/a/i (Kliem, Mużika) 01 L-Għawdxija – [...]

Il-finalisti jibdew jippreparaw

Laqgħa għall-contact persons u għall-kantanti prinċipali fil-premises quddiem il-YTC - Hope, Faith and Charity bi preparazzjoni għad-39 Edizzjoni ta' dan il-festival. Nhar l-Erbgħa 11 [...]

Jibda ‘Mill-Għanja tal-Poplu’ fuq RM2

Podcast - Mill-Għanja tal-Poplu  nike air dt max Produzzjoni u prezentazzjoni: Tony Micallef . Kanzunetti mill-Għanja tal-Poplu u intervisti ma' bosta personalitajiet marbuta mal-kanzunetta [...]

Kanzunetti Rebbieħa

2014 Jien ma Naħdimx, Kl: Rita Pace Muż: Mark Scicluna 2013 Hawn Siġġu Nieqes, Kl: Paul Ellul, Muż: Mark Spiteri Lucas 2012 Malta Tiegħi, [...]

2012

http://www.youtube.com/playlist?list=PLAF617A643F8B2340

L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.