Michela Galea

T’eta tenera mmens, Michela għamlet ħoss kbir fix-xena tal-mużika lokali, u rebħet edizzjoni speċjali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza lura fl-2014 bil-kanzunetta “Mixja Li Bdiet” fuq kliem ta’ Alfred E Baldacchino u mużika ta’ Renato Briffa.

Minn hemmhekk, hija qatt ma ħarset lura u kkompetiet ukoll fis-Summer Hit Song Contest 2015 bil-kanzunetta “Bounce Back” fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Renato Briffa, kif ukoll fl-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija għal darba darbtejn, l-ewwel bil-kanzunetta “Fejn Marru t-Tfal?” fuq kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Renato Briffa lura fl-2015 u aktar riċenti bil-kanzunetta “Għanjiet” fuq kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Andrew Zahra.

Fix-xhur li għaddew, Michela kienet ukoll magħżula biex tirrapreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni Miss World, fejn hemmhekk ġiet inkurunata bit-titlu Miss World Talent.

Ilħna fuq il-Palk: 

Louisa Frendo Wirth, Leontine Spiteri, Jackie Pace Delicata, Angela Spiteri.

 Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:  

Fil-ħajja, l-affarijiet li jidhru sbieħ b’ħafna tlellix warajhom taf ikun ma realità kompletament differenti minn dik li wieħed qed jara. Tagħmel x’tagħmel, sabiex tirnexxi trid tgħaddas rasek u taħdem sa ma’ tasel fejn verament tixtieq. Ilkantanta tirrakonta parti mill-esperjenza personali tagħha, fil-qasam tal-imudellar u sa ċertu punt infatti hi kanzunetta bijografika. Id-dinja li wieħed jara filpublikazzjonijiet kbar tal-moda, hi ferm bogħod mir-realtà u bħal kollox, f’kull ħaġa li tagħmel ma l-elementi pożittiv u negattiv. L-iktar ħaġa importanti hi li tħaddan il-valuri li dejjem emmint fihom.