Il-finalisti GħTP 2026

L-GĦANJA TAL-POPLU 2026
Il-Kanzunetti Finalisti tal-50 Edizzjoni
Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2026 saret is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ April. B’kollox ikkonkorrew 130 kanzunetta għall-50 edizzjoni li minnhom intgħażlu 42. Il-kanzunetti semifinalisti nstemgħu kantati live quddiem ħames membri tal-ġurija. Dan ir-riżultat ġie ivverifikat minn nutar.
L-ordni ta’ kif se jitkantaw il-kanzunetti ittellgħet bil polza fil-preżenza tal-parteċipanti.
Dawn huma s-sittax-il kanzunetta finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2026 li se jittella’ fl-1 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra:
Il-Kanzunetti Finalisti GħTP 2026 (fl-ordni kif se jitkantaw)
(Awtur, Kompożitur)
Kukkudrilli – Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon
(Kapitlu Tlettax/ Emil Calleja Bayliss, Kapitlu Tlettax)
Ġakketta Roża – Danica Muscat
(Emil Calleja Bayliss, Gillian Attard)
Mazza – Nicole Hammett
(Rita Pace, Augusto Cardinali)
Terfagħni – Walter Micallef
(Jes Psaila)
Lilek – Mark Spiteri Lucas
(kantawtur)
Il-Mimmi t’Għajnejja – Francesca Sciberras
(Emil Calleja Bayliss, Gilbert ‘Il-Bibi’ Camilleri)
Għada Nafu Lilek – David Joseph Sammut
(Alfred C.Sant, David Joseph Sammut)
Mara – Cherylis
(Corazón Mizzi)
Ħielsa – Justine Bezzina
(Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna/ Cyprian Cassar)
Grazzi Għalik – Ishmael Grech
(Emil Calleja Bayliss, Gilbert ‘Il-Bibi’ Camilleri)
Pupi – Maria Mallia
(Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
Requiem Stradalis – Lon Kirkop u Mark Cachia
(kantawturi)
Għix – Silvan Mula
(Etienne Micallef, Dominic Cini)
Kristelejs – Kelsey Carabott
(Rita Pace, Augusto Cardinali)
Ħallejna – Mark Tonna u Leontine
(Rita Pace, Andrew Zahra)
Vuċi – Josephine Marie Grima
(Emil Calleja Bayliss, Gillian Attard)
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu
b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Is-Semifinalisti GħTP 2026
Il-Kanzunetti Semifinalisti 2026 Ġew sottomessi 130 [...]
Regolamenti GħTP 2026
Informazzjoni għall-artisti tal-kanzunetta Maltija Il-50 edizzjoni [...]
Ir-Rebbieħa GħTP 2025
IR-REBBIEĦA TAD-49 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja [...]
Il-Parteċipanti GħTP 2025
Booking minn Ticketline.com.mt [...]

