Il-Kanzunetti Semifinalisti ta’
L-Għanja tal-Poplu 2024
(It-48 Edizzzjoni)

B’kollox ġew sottomessi 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn 5 ġurati għażlet il-41 kanzunetta semifinalista.

Din hi l-lista f’ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu kif ikkonfermat minn nutar.

Kanzunetti Semifinalisti
(f’Ordni Alfabetika)

Ballata
Bil-Jekk u Bil-Jewilla
Ċar Kristall
Daħkan
Daqqa ta’ Pinna
Dik L-Id
Dil-Ħolma
Fissidni
F’Oħrajn
Għal Fejn?
Għawdex Tiegħi
Għażiża
Ħbieb tal-Ħbieb
Il-Gżira tal-Burdell
Il-Poeta ta’ Ftit Kliem
Inkiss Inkiss
Int Kapaċi
Jien Min Jien
Jiena Missier
Kanna Kanun
Kelma Ħielsa
Klandestin
Munita B’Żewġ Uċuh
Munita Fil-Funtana
Nafu Nħobbu Wkoll
Namra
Niġġudikaw
Oħlom
Qsamt it-Triq
Sinfonija
Stejjer t’Umdita
Straight
Tal-Elit
Tgħanniqa
Tini Tgħanniqa
Tinkwetax
Tlaqna!
Venven
Xejn M’Għadu L-Istess
Xi Tkun?
X’Imkien Ieħor

 

 

It-tieni fażi tal-għażla hija s-semifinali li se ssir fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2024 fil-Valletta Design Cluster. L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fit-3 ta’ Awwissu 2024 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.

[Nota: wara li jgħaddi l-festival kull parteċipant jista’ jitlob biex jirċievi l-marki u l-feedback mogħti mill-ġurija.]