
Kukkudrilli
Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon
Kapitlu Tlettax/ Emil Calleja Bayliss, Kapitlu Tlettax
Il-Malti jgħid li lil min taf u ma ssaqsix għalih
Speċjalment jekk int wieħed minn dawk li jibża mill-inkwiet
Kieku l-ġemel ra ħotobtu f’postu waqa f’zopptu u miet
(fejn x’ġemel, x’int tara ġemel e?)
Għaliex minn meta meta kont żgħir
Din ħajti dejjem bl-iskossi
Bilfors irrid insib il xi ħadd idejjaqli (u ma nibdewx ta)
Lanqas bonġu filgħodu
Mal-ewwel insibhom (aqtaha)
Għadni dieħel l-uffiċċju
Tistħajlek dieħel il-qorti
Għax l-akkużi jtiru minn kull kantuniera tal-kamra
Trid tistaħba taħt il-mejda
Għax malajr tolqtok xi waħda.
Xi pulċinell ipprofumat, jiġġakbinak ma’ xi (uwejja!)
Mill-ideat vera neqsin
Imma paroli hemm ħafna
U l-wegħdiet qatt ma impressjonawni biex inkun ċar
Intelliġenti daqs it-trab l-għandek fuq l-għamara id-dar
Jilgħaqu ħafna lil ta’ fuqhom
Biex dejjem jidhru l-aħjar
U jippruvaw jitilfuk bi premju nobel, l-isptar.
Il-konsegwenza l-ingravata
U dak il-ġlekk qed jitqal
l-importanti li titbissem xħin tmur lura d-dar
u lil mara tgħidilha kemm int raġel mill-aħjar
kif filgħodu malli tqum tmur ix-xogħol
tiġġakbina lil kulħadd.
Kukkudrilli, Kukkudrilli
Kukkudrilli…mhux imbilli,
tiġu tgħajtu l-kelma sana ta’ “aħfirli”
l-ewwel tridu tindmu mix-xinxilli.
Kukkudrilli lesti taħtfu kulma ssibu.
Kukkudrilli lesti tieħdu dak li tridu.
Kukkudrilli tgħiru għax ma tafux aħjar.
Kukkudrilli tassew jgħidu li mill-agħar.
Il-Malti qal li qas
Il-bajtar m’għadu jagħmel irġiel
Politikanti aħjar nagħlaq ħalqi f’ġieħ San Mikiel
Għax l-ebda eżorċista ma jaqlani minn dax-xkiel
Bħall-aħħar ewro fil-kartiera
ġol-but ta’ xi ħadd qammiel.
Il-ġakbini u l-giddieba dawna
Ħaqqhom it-tron.
X’qegħdin taħsbu għid?
Li forsi Alla tagħkom xi don.
Il-poplu qam m’għadux jgħix iktar
ġewwa d-dinja tal-ħolm
U fl-aħħar kulħadd induna li intom xewka (ajma hej)
Vera demmna ħamrani
Imma bid-daqqiet sirna blu
Merħba Malta, il-pajjiż
Fejn kulħadd sar professur
Jekk trid tirnexxi, trid titkabbar
U xi darba tispikka
Tfaqqas ittra ma kunjomok
Profs ċ bit-tikka
Malta dejjem kienet teħleb
Għaliex kibret il-biżla
Lanqas naf lil min ħa nemmen
U ma rridx niffissa.
Jien kull ma jien biċċa artist
Li joħlom li jispikka
Iftħu widnejkom sew
Isimgħuha ġejja issa.
Kukkudrilli, Kukkudrilli
Kukkudrilli… mhux imbilli…
Din id-diska miktuba proprju għal dawk in-nies li forsi kienu vittmi ta’ xi dmugħ tal-kukkudrilli, dawk kollha li tarahom jidħku quddiem wiċċek, u minn wara dahrek jgħidu bik, dawk li jibku biex titħassarhom meta fil-verita’ jkunu huma l-protagonisti.
Kukkudrilli tgħiru għax ma tafux aħjar.
Kukkudrilli tassew jgħidu li mill-agħar.

Ġakketta Roża
Danica Muscat
(Emil Calleja Bayliss, Gillian Attard)
Kellha biss tlettax
ġiet tara l-baħar blu
ġiet tara l-maġija tiegħu
u bla sliem hu ħadha miegħu.
Kellha biss tlettax
ġiet hawn minn art ‘il bogħod
mewġ qalil f’leħħa qam
f’ħakka t’għajn intilfet fid-dlam.
Fit-Tramuntana ħdejn xatt,
il-baħar ġie ħataf tifla,
u telaq bla ħniena fis-skiet,
u ħalliena bil-mistoqsijiet.
Mewġ kiebi jiġi u jmur,
imma l-vojt fina jinħass,
isem imnaqqax fil-memorja,
li jibqa’ jinġarr fl-istorja.
Kellha biss tlettax
u ma kienet taf xejn
emmnett li l-blu sabiħ
ma ħasbitx li riedha għalih.
Kellha biss tlettax
sejħulha Olivia,
ġakketta roża raw fil-wiċċ
u t-tama bħal saret skariċċ.
Fit-Tramuntana ħdejn xatt,
il-baħar ġie ħataf tifla…
Kellha biss tlettax
sabuha fil-qiegħ
il-baħar mill-ġdid reġa’ skiet
waqt li gżira sħiħa bkiet.
Kellha biss tlettax
lil baħar tgħallmet ma tafdax,
għax rasu iebsa, żaqqu ratba
ħiemed ħasad il-ħajja tagħha.
Fit-Tramuntana ħdejn xatt,
il-baħar ġie ħataf tifla…
Id-destin magħha viljakk,
ħa miegħu tfajla ta’ nisel Polakk

Mazza
Nicole Hammett
(Rita Pace, Augusto Cardinali)
Ma ġejtx imnaqqxa bi skalpell
Ħarstek issammar bħal martell
U lanqas m’għandi bżonn invell
Fuqi jiena biss nuża il-pinzell
Ipprova tgħallem ismi mqar
U forsi tmur daqsxejn aħjar
U jekk int għadek ma fhimtx ċar
Mur saqqi l-ħass inkella mur…id-dar
Haw’ mazza ma tgħidlix, ismagħni,
Ta’ għodda ma nħallikx tistmani
B’haw’ ġisem mhux se tittantani
Jien mhux katavru, inferfer għadni…arani!
Taħsibnix li jien kaxxa tal-għodda
Tuża minnha dak li trid
Dan klixe…prova sib modi ġodda
Dan il-metodu skada xi ftit
Mazza ma tgħidlix
Mazza ma tgħidlix
U biż-żmien ma tgħaddinix!
Jien għodda tiegħek miniex!
Il-forma tiegħi tapprezzaha
Bħal kelb imġewwah qed taraha
Taħsibx li qed tiġbidni lejk
Tiflini bl-għatx ħarset għajnejk
Ma tieħu xejn jekk ma ntikx jien
Naf immur jien, teħodni mkien
Tixtrili xejn għax m’għandix bżonn
Jien ma ninxtara bl-ebda don
Ilsienek bil-kliem jillustrani
Biex mingħalik timpressjonani
Taħsilni trid imbagħad tixxuttani
Miniex oġġett jien biex tużani…ismagħni
Taħsibnix li jien kaxxa tal-għodda
Tuża minnha dak li trid…
Tarani hawn miexja bi kwieti
Mitlufa kont fi ħsibijieti
Jien ma tajt fastidju lil ħadd
Mhix problema tiegħi m’intx sodisfatt
Jien u inti l-istess razza
Jien persuna miniex mazza
Lanqas se nkun tiegħek paljazza…
Taħsibnix li jien kaxxa tal-għodda
Tuża minnha dak li trid…

Terfagħni
Walter Micallef
(Jes Psaila)
Taqbeż u tgħola, ħarsa makakka, li tisraq il-qalb
Riħa ta’ għasel, ħlewwa li tnessi l-itqal ħsibijiet
Daħka ferrieha, li tqabbeż xi demgħa, u ġġibek f’sensik
Dik l-innocenza
li għandhom iż-żgħar
inħalluhielhom
ħa jgħixuha żmien twil
Terfagħni ’l fuq mill-art, bħalma qatt kont merfugħ
Fil-għoli, inħossni qed ngħix f’isa ġenna ta l-art
Tgħannieqa, li bħala nixtieq li tgħannaqni kuljum
Tbissima mqarba, li timla l-fond, li ma kontx naf li hemm
Flok nerfagħek jiena, terfagħni int, bħalma qatt kont merfugħ
Dik l-innocenza
li għandhom iż-żgħar
inħalluhielhom
ħa jgħixuha żmien twil
Terfagħni ’l fuq mill-art, bħalma qatt kont merfugħ
Fil-għoli, inħossni qed ngħix f’isa ġenna ta l-art
Tgħannieqa, li bħala nixtieq li tgħannaqni kuljum
Terfagħni ’l fuq mill-art, bħalma qatt kont merfugħ
Fil-għoli, inħossni qed ngħix f’isa ġenna ta l-art
Tgħannieqa, li bħala nixtieq li tgħannaqni kuljum

Lilek
Mark Spiteri Lucas
Lilek
li ta’ kull lejl tgħodd kemm-il kewkba
għandek bżonn
biex tinseġ saqaf għal fuq rasek.
Lilek
li qed tibża’ li jfeġġ
spirtu mill-passat
u jħallik mejta ġewwa darek.
Lilek li qed tgħum f’baħar ta’ nkwiet
għax serqulek ħajjet l-ulied.
Lilek li qed tħossok ippersegwitat;
mitluf, imjassar jew emarġinat
Emmen, ibq’emmen.
Taqtax qalbek ħabib.
Ftakar li fil-vjaġġ tiegħek
se ssibni dejjem qrib
Għalik dal-versi mirqumin
Għalik dan-noti magħzulin
Agħmel kuraġġ
Fuq ix-xefaq hemm raġġ
ta’ tama għal ħajja aħjar
Għalik din l-għanja, għalik minn qalbi
Inwiegħdek li se nżommok f’talbi
Jien nemmen fik
Kemm jien kburi bik.
Ħoll il-faxex
U bħal Lazzru erġ’ibda għix.
Lilek
li tinsab imtaqqal u muġugħ,
mifni bin-niket,
bit-tbatija u bl-istress
Lilek
li bil-pirmli qed tipprova taqta’ l-ġuħ
għax kull ġurnata għalik
saret l-istess.
Lilek
li tinsab maqful, bla libertà
għax inqast lis-socjetà.
Lilek li dewquk siringa mrar
u ħallewk waħdek
tofroq iċ-ċpar.
Pitter qawsalla
Żewwaqha bl-ilwien
Ftakar li f’kull waqgħa
hemm iż-żerriegħa tal-qawmien.
Għalik dal-versi mirqumin
Għalik dan-noti magħzulin
Agħmel kuraġġ
Fuq ix-xefaq hemm raġġ
ta’ tama għal ħajja aħjar
Nagħtik idejja – ‘tini jdejk
Se nimxi qribek – se nkun hemm ħdejk
Flimkien nitilgħu muntanji u għoljiet
Naqsmu l-ibħra, ix-xmajjar, l-irdumijiet
Se ntik tgħanniqa tarmihiex
u din ħajtek taħlihiex
Għalik dal-versi mirqumin…
Għalik din l-għanja, għalik minn qalbi…

Il-Mimmi t’Għajnejja
Francesca Sciberras
(Emil Calleja Bayliss, Gilbert ‘Il-Bibi’ Camilleri)
Se nħobbok…se nbennek
u ngħannqek bi ħlewwa,
fuq moħħok inbusek
nurik li hu sewwa.
Meta tkun xi ftit muġugħ
għajjien jew forsi bil-ġuħ,
b’innoċenza int tgħallimni
kif inkun aħjar trawwimni.
Int il-mimmi t’għajnejja
ma nitilqekx qatt minn idejja.
Int il-mimmi t’għajnejja
int in-nifs ta’ imnifsejja,
ħajti llum sirt ngħix għalik
ma tistax tifhem x’għandi bik.
Int il-mimmi t’għajnejja
int l-għanja pura f’widnejja,
ħajti mtliet b’tant ħolm għalik
kull mument nistqarr ħsiebi fik.
Se nfissdek… se ngħożżok
u nħaddnek fi ħdani,
jekk darba għad nonqsok
nitolbok skużani.
Meta għad nikkoreġik
inkun qed nipproteġik,
il-biża’ kultant taħkimni
la tikber naf li tifhimni.
Int il-mimmi t’għajnejja
ma nitilqekx qatt minn idejja.
Int il-mimmi t’għajnejja
int in-nifs ta’ imnifsejja…
Għażiż Indri postok hawn mistur
għax bil-ġmiel tiegħek int… sebbaħtli il-futur,
ma nixba qatt li ninbxek jien fi tmiem il-jum
ma’ leħnek norqod fiss u anke nqum.
Int il-mimmi t’għajnejja
int in-nifs ta’ imnifsejja…

Għada Nafu Lilek
David Joseph Sammut
(Alfred C.Sant, David Joseph Sammut)
Mill-ħemda tat-tamiet
mill-qtigħ il-qalb,
nitkarrab fil-wegħdiet
nitfarraġ biss bit-talb
kien feġġ mument ta’ dawl,
xi ħadd li ma nafux
il-bxara li stennejt
li resaq donatur.
u saru t-testijiet
u jidher kollox ċar
rigal minn stranġier,
biex inqum u mmur id-dar.
Għada nafu lilek,
mal-jum fid-dawl tax-xemx
inħossok ġewwa fija
għax int żammejtni ħaj,
dak kien l-akbar sagrifiċċju
il-ħolm kien kważi ntemm
għallimtni x’inhi l-ħniena
bla qist xi jkun il-gwaj.
Biex ngħożż dal-ġest ħanin
ta’ bniedem wisq qalbien
li b’riskju mhux żgħir
wellidni għall-ġejjien.
Għada nafu lilek,
mal-jum fid-dawl tax-xemx
inħossok ġewwa fija
għax int żammejtni ħaj,
dak kien l-akbar sagrifiċċju
il-ħolm kien kważi ntemm
għallimtni x’inhi l-ħniena
bla qist xi jkun il-gwaj.
Għada nafu lilek,
mal-jum fid-dawl tax-xemx…

Mara
Cherylis
(Corazón Mizzi)
Jgħidu li jien differenti – forsi serja wisq
Wara daw’ l-għajnejn hemm dinja li nifhem jiena biss
Qatt ma ċedejt għal dak l’emmint u għalhekk illum li jien
Qas jekk nimxi waħdi, imma dejjem ’il quddiem
Il-basket li ġarrejt kultant inħass tqil wisq
Fis-skiet jgħixu rakkonti ta’ mara li ma għerqitx
Fuq idi jien pinġejt dak li jfakkarni f’li għamilt
U f’moħħi hemm elf storja li l-ewwel ġrat, u mbagħad emmint
Għaliex jien Mara
U fis-sempliċità hemm qalb tħabbat bl-onestà
Għaliex jien Mara
U fil-kwotidjanità li ndrat u ħadd ma ra
Hemm straordinarjetà
U meta mara tħobb, hi tħobb b’passjoni u verità
Fuq ġildtha hemm wisq ġrieħi illi ħadd ma ra
Kull jum ifisser dinja ġdida, opportunità
Il-vuċi li trid tgħajjat, sforz is-sensittività
Għaliex jien Mara…
Il-mara li hi omm, hi mara bħali
Il-mara li għejjiet, hi mara bħali
Il-mara fuq ix-xogħol, hi mara bħali
Il-mara ma tiflaħx, hi mara bħali
U mara li tħobb mara bħali
Xorta hi mara, mara normali
U mara li tħobb mara bħali
Xorta hi mara, mara bħali
Għaliex jien Mara
U fis-sempliċità hemm qalb tħabbat bl-onestà
Għaliex jien Mara
U fil-kwotidjanità li ndrat u ħadd ma ra
Hemm straordinarjetà

Ħielsa
Justine Bezzina
(Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna/ Cyprian Cassar)
Xtaqt niskopri x’kien is-skiet
Għaliex dir-ruħ tant bkiet,
Rajt biss il-vojt taħt tarf l-irdum
Daqshekk minn toqol jien inkħimt
Daqshekk għalxejn tbikkimt,
U fuq saqajja qed inqum
Ħielsa infittex dak li tant nixtieq
Fl-aħħar se nsib l-isbaħ triq.
Ħielsa
Mal-erbat irjiet intir ħielsa
Minn kull ħsieb illum ninsab ħielsa
Inħossni nitwieled mill-ġdid.
Jien ħielsa
Il-ktajjen ħallejt issa ħielsa
Qed nieħu nifs ġdid ninsab ħielsa
U fl-aħħar qed ngħix kif irrid.
Xtaqt niskopri x’hemm mistur
Insib x’hemm fil-futur
Nimxi jum b’jum id f’id maż-żmien
Daqshekk l-għawġ u l-uġigħ insejt
daqshekk għax ngħix komplejt,
xejn mhu se jkun għalija xkiel
Ħielsa infittex dak li tant nixtieq
Fl-aħħar se nsib l-isbaħ triq.
Ħielsa
Mal-erbat irjiet intir ħielsa…
Kull sfida ssir opportunità
li biha nsib il-libertà,
Qed nerga’ nħoss id-dinjità
Sibt il-fejqan
Ħielsa
Mal-erbat irjiet intir ħielsa…
Ħielsa kif dejjem kont xtaqt,
Jiena ħielsa ngħix biss il-waqt.

Grazzi Għalik
Ishmael Grech
(Emil Calleja Bayliss, Gilbert ‘Il-Bibi’ Camilleri)
Naf li lesta tofroq is-sħab
kull meta jkun hemm bżonn,
bla sforz.
Naf li lesta tonfoħ lir-riħ
biex teħles żgur mill-gwaj
fil-pront.
Naf li lesta tfittex il-ferħ
għax int dak biss tixtieq illum.
Naf li lesta li tqatta’ kull jum
maġenbi fis-skiet tħobbni b’tant fsied.
Grazzi għalik…inħossni ntir
nieħu pjaċir…tant kbir.
Grazzi għalik…kollox ħarir
jien ngħid b’ftaħir…li jsir.
Infasslu il-ġejjien
u lesti nimlewh aħna kollu lwien
ħa ngawdu flimkien.
Grazzi għalik…b’ġesti ħelwin
resqin viċin…ta’ xulxin.
Naf li lesta tħeġġeġ dir-ruħ
kull meta t-tama tnin
b’kuraġġ.
Naf li lesta tqawwi dil-qalb
biex tferraħ il-ħsieb ħaj
tal-ħolm.
Naf li lesta tkabbar il-ward
għax trid, trid tfewwaħ bil-ġmiel id-dar fis-sliem.
Naf li lesta li tqatta’ kull jum
maġenbi fis-skiet tħobbni b’tant fsied.
Grazzi għalik…inħossni ntir
nieħu pjaċir…tant kbir…
Int għalija il-ġmiel li nara kuljum fis-sebħ tal-jum fis-smewwiet,
kun af li minħabba fik…ruħi b’hena mill-isbaħ tassew mtliet.
Miegħek nimxi dit-triq…u nemmen fil-Ħallieq,
li ħelisni minn kull għollieq…u nibqa’ miegħek jien nixtieq,
sat-tarf ta’ kull irdum…ħdejk nibqa’ inqum sat-tmiem,
sal-aħħar nifs…sal-aħħar jum.
Grazzi għalik… inħossni ntir
nieħu pjaċir… tant kbir…

Pupi
Maria Mallia
(Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
Minn mindu żewġi telaq bħal sajjetta,
fi bnazzi li ma bħalu hekk bla kliem,
u jien flimkien ma’ wliedi lampa stampa,
f’ħarifa niexfa, l-weraq jgħodd il-jiem.
Illum din qalbi nkisret f’mitt elf biċċa,
u d-dmugħ fl-għajnejn ma kienx l-akbar uġigħ,
għalkemm ħassejtu jġelben ma’ ħaddejja,
iserrpu bdew ix-xeni b’ġranet sbieħ.
Qalbna xxennqet,
qalbna ħabbet,
qalbna nqasmet,
imma wliedi u jien,
pupi reżiljenti.
Għax l-akbar dmugħ ta’ wġigħ mill-qalb inixxi,
u ruħi bħal vulkan inksiet irmied,
u tilma ma baqgħetx bil-bjuda tagħha,
bħan-nida fuq is-siġar, fuq l-għoljiet.
L-istejjer qabel jorqdu min se jgħidhom,
tingħata l-kelma għoqda tifsir ġdid,
jitgħallmu li fil-ħajja l-ħġieġ jinkiser,
mill-frak niggieżi jinbet it-tiġdid.
Qalbna xxennqet,
qalbna ħabbet,
qalbna nqasmet,
imma wliedi u jien.
Qalbna xxennqet…
Ħarsti ndawwar lejn uliedi,
nisma’ s-skiet,
kliemhom maqtugħ,
ħarset it-tama,
idejn jirtogħdu,
jistagħġbu jfittxu
logħob ieħor ġdid.
Qalbna xxennqet,
qalbna ħabbet,
qalbna nqasmet,
imma wliedi u jien.
Qalbna xxennqet…
Pupi reżiljenti.

Requiem Stradalis
Lon Kirkop u Mark Cachia
Kuljum seren inqum mingħajr għaġla ta’ xejn
Ninħasel bil-kwiet u l-paċi u ħalli l-ħin għaddej
Ma nagħmel xejn b’urġenza għax fil-ħin ser nasal żgur
Mhux ovvja jekk jiena nsuq…mutur
Erġajna mwaħħlin
U għalkemm jien tlaqt fil-ħin
Fil-karozza qiegħed f’dat-toroq misħutin
Imkien m’hawn fejn indur
It-tempra titla’ żgur
X’ħin sparat minn ħdejja jgħaddu bil-mutur
Għamilli spazju
Le żgur mhux ser tgħaddi
Ħallini ngħaddi
Arani nagħfas fuqek…
Għax tagħfsu miegħi…
…kif qed taħarquni
…qatta’ ndannatti?
Dawn it-toroq tal-Maltin
bil-karozzi mfawrin
Tal-muturi magħrufin
b’kemm tagħfsulu ja kesħin
Kemm tagħfsuna ja kesħin
Ersaq ’l hemm
Tiegħi t-triq
Dan hu requiem stradali
Requiem Stradalis
Qed jagħfsuli ma’ xulxin
Qishom qatta mxajtnin
Issa naqla’ mix-xellug flok mil-lemin
Le żgur ma taqbiżnix
Li tgħaddi ma nħallix
Mhux imbbilli bil-Lambretta ma npaxxikx
Għadhom kemm tawha
Kemm nieħu gost insuq fix xita…
Reġgħu qalawha
…għax naf li inthom qed tixxarbu
It-triq magħluqa
Tal-LESA jxejjer bħal-maestro
Basta rrangawha
Dawn it-toroq tal-Maltin
bil-karozzi mfawrin…
Qed ngħid bi dritt li tiegħi t-triq
Li tiegħi t-triq qed ngħid bi dritt
Li qiegħed ngħid hu…
M’għandek xejn speċjali minn kulħadd
Liċenza għolja jien ħallast
Jien mhux ser nibqa’ nħallas
Irridu l-paċi mingħajrkom fit-toroq
Intom is-saħta f’din l-art
F’dawn it-toroq tal-Maltin
it-tnejn l’aħna mwaħħlin
Ara vera misħutin
għax hemm żiemel b’karozzin
Taħseb xejn
Tiegħu t-triq
Għalhekk dan requiem stradali
Kollox għalxejn
Kulħadd jagħmel li jrid
Għalhekk dan requiem stradalis

Għix
Silvan Mula
(Etienne Micallef, Dominic Cini)
Tgħix għal darba biss
Kanta u izfen insa l-inkwiet
Ħobb bla ebda qies
Ftakar li ħajtek kollha barkiet
Kelb rieqed tqajmux
Il-ħin bħall-ħalliel jaħrab la titilfux
Apprezza l-mument
In-nifs qiegħed tieħu għalhekk kun kuntent
Aħjar ħabib fis-suq
Flok mitt skud fis-senduq
L-għali jeħtieġ li tbigh
Mhux tipprova tixtrih
Tgħix għal darba biss
Kanta u izfen insa l-inkwiet
Ħobb bla ebda qies
Ftakar li ħajtek kollha barkiet
Qatt tkun pessimist
Donnok wiċċ Laskri b’dak il-geddum
Trid tkun ottimist
Il-ħajja gawdi dejjem jum jum
Fenkata mal-ħbieb
Tibqax tikkonfondi jekk ingħalaq bieb
B’xi tazza nbid
Il-mewġ ħalli jħabbat u agħmel li trid
Wettaq il-ħolm ħabib
Il-ħin għalik int sib
Agħmel il-ġid u nsieh
U d-deni ftakar fih
Tgħix għal darba biss…
Qatt tkun pessimist…
Ix-xitan m’għandux ħalib
Min b’xi domna jew b’salib
Mela tgħallem għix ħabib…
Tgħix għal darba biss…
Qatt tkun pessimist…

Kristelejs
Kelsey Carabott
(Rita Pace, Augusto Cardinali)
Mad-daqqa tal-kristelejs
Inħabbtu fuq sidirna
Kemm dnibna
Bla ndiema
Żebbiġna bis-sliema
Kuruni ma jispiċċaw qatt
Intennu dal-kristelejs
U nħabbru il-kastigi
Li ġibna
Ma djulna
Tgħid l-anġli jaħfrulna?
Max-xjaten għamilna patt
Mulej ħniena
Mulej ħniena
Li ktibt fuq ir-ramel
Qas Alla ma ħamel
Li jara dal-ġenn u tkissir
Mulej ħniena
Mulej ħniena
Mal-art qed tinstama’
Qed negħrqu fil-ħama
Minflok ruħna ‘l fuq qed ittir
Qed jidfen il-kristelejs
Ħoss il-bċejjeċ tal-fidda
Inxtrajna
Ħa jsir li jfettlilna
Sallabna lilna nfusna stess
Għalxejn issa l-kristelejs
Għax issa swied is-sema
Flok manna
Biss dalma
Ma tqumx minn dil-mewta
Ir-ruħ mibjugħa ‘l kompromess
Mulej ħniena
Mulej ħniena…
U kemm profeti ħabbrulna
Ħliefna ħadd ma jbambalulna
Ġejna agħar mill-annimali
Bla ndiema l-iben il-ħali
U jistgħu jitkellmu x-xjenzjati
Jekk ħadd ma jammetti li ħati
Il-ħsara wisq daħlet ‘il ġewwa
Nibża’ tard wisq biex tissewwa
Mulej ħniena
Mulej ħniena…

Ħallejna
Mark Tonna u Leontine
(Rita Pace, Andrew Zahra)
Ħallejna l-argument għall-għada
U rqadna bhal erwieħ farrada
U darna tajna lil xulxin
Int fuq ix-xellug u jien fuq il-lemin
Ħallejna mmorru norqdu u l-argument ma spiċċajniex
Ħallejna jisbaħ l-għada l-bewsa u bonġu ma tajniex
Kaxkarna f’qalbna r-rabja, l-piż ukoll bqajna nġorruh
L-imgħoddi minflok naħfru nerġghu insemmuh
Ħallejna li jaħarbu l-okkażjonijiet
Ħallejna jaljenawna wisq affarijiet
Illum inħossha mġebbda, ma tispiċċa qatt
u saru wisq opposti ż-żewg naħat
Ħallejna x-xogħol dik is-salmura
Iżżomna mbegħda flok miġbura
L-anniversarju appuntament
Obbligu f’għeluq is-snin mill-ġurament
Ħallejna li s-silenzju ikun vojt, u mhux mistrieħ
U i-diskors ikun bla sugu flok punt niltaqgħu fih
U bżonn li niftaħ qalbi miegħek ftit li xejn insib
L-intimita’ qed tbegħdna flok tressaqna qrib
Ħallejna li jaħarbu l-okkażjonijiet…
Ħallejna li flok dinja waħda jkollna tnejn
u nsejt li jġiegħlni nħobbok u għalfejn
Ħallejna li nitkaxkru mal-kurrent
Ħallejna li jiżgiċċa minflok ngħixu il-mument
Ħallejna jgħaddu jiem, ġimgħat u anki snin
U bla ma nafu kif…illum ħallejna lil xulxin…
Ħallejna r-rabta li saret issikkata
U komda nħossni waħdi, mhux farrada…
Ħallejna li jkaxkruna bla ma ntbaħna s-snin
Bħal ramel f’maltempata, issa mbegħdin
u sibna xatt jistenna u ma ntbaħna xejn
u minflok dinja waħda, issa hemm tnejn
Illum bilkemm nitkellmu u qisna barranin
Kemm kemm ma ngħidx ahjar hekk għaddejjin
u straħna li kull skumdita’ ħallejna, lil xulxin
għax konna biss tal-isem miżżewġin…

Vuċi
Josephine Marie Grima
(Emil Calleja Bayliss, Gillian Attard)
Vuċi smajt,
donnha qiegħda tidwi mill-bogħod,
vuċi li bil-biżà qiegħda tirtogħod.
Vuċi bla ħoss
tixtieq li tifhem dak li tħoss,
vuċi bla rdoss
tixtieq li kull qalb tgħożż.
Vuċi bkiet,
donnha mnikkta sew bil-ġejjien,
vuċi li taf li fix-xejn ġew l-ilwien.
Vuċi bla ħoss
tixtieq li tifhem dak li tħoss,
vuċi bla rdoss
tixtieq li kull qalb tgħożż.
Jgħaddi ż-żmien
bla dewmien insib min jien.
Jgħaddi ż-żmien
kien li kien, insib l-għarfien.
Vojt mistur fil-baħħ,
li qatt ma fhimt
kont tbikkimt.
Vojt, vojt, vojt
li xtaqt imlejt, kif insejt,
kont komplejt.
Jgħaddi ż-żmien itir,
nifhem x’qed isir
u nifhem x’inhu tiegħi d-dmir
forsi jmur ħarir
jekk nisma’ jien minn kull parir.
Vuċi bla ħoss
tixtieq li tifhem dak li tħoss,
vuċi bla rdoss
tixtieq li kull qalb tgħożż.
Vuċi bla ħoss
tixtieq li tifhem dak li tħoss,
vuċi bla rdoss
tixtieq li kull qalb tgħożż.


