IR-REBBIEĦA TAT-48 EDIZZJONI
TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU

L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra. Għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ġew sottomessi 120 kanzunetta oriġinali. Fil-finali r-rebbieħa intgħażlu minn ġurija esperta flimkien ma’ ġurija popolari. Il-ġurija popolari kienet magħmula minn membri tal-pubbliku kif wkoll membri tal-Malta Concert Orchestra.

Il-kanzunetta ‘Għażiża’ interpretata minn Laura Bruno fuq kliem u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas ġiet ddikjarata L-Għanja tal-Poplu 2024. Il-kanzunetta titkellem dwar l-imħabba tal-omm. Il-firda meta tiġi nieqsa l-omm hija iebsa u dak li jkun jittama li l-omm xorta tibqa’ tmexxih matul ħajtu. Laura Bruno ingħatat ukoll il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni.
Il-kanzunetta ‘Namra’ kantata minn Florence Aquilina bi kliem u mużika tagħha ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Florence Aquilina rebħet ukoll il-premju għall-aħjar kantawtur. Namra hija kanzunetta fuq ġesti, ħsibijiet, ħolm u tamiet ta’ meta jkollok namra lejn persuna. L-istil tal-kanzunetta huwa ‘celtic folk’.
Fit-tielet post ikklassifikat il-kanzunetta ‘Fissidni’ interpretata minn Dario Bezzina, bi kliem u mużika ta’ l-istess Dario Bezzina. Il-kanzunetta tesprimi l-imħabba ta’ bejn iben u omm. Il-kantawtur qiegħed jitlob l-ommu tfissdu bħal meta kien żgħir. Iwiegħda li la tixjieħ, ħa jkun qiegħed hemm ifissidha u jieħu ħsiebha hu.
Il-premju għall-aħjar tema soċjali mar għand Lon Kirkop bil-kanzunetta ‘Straight’ interpretata minnu stess. Il-kanzunetta titkellem fuq l-esperjenzi personali tiegħu tul is-snin bħala persuna gay. Is-soċjeta dejjem stenniet minnu li jkun ‘ir-raġel tipiku’. Dak li kien mistenni minnu kien differenti minn dak li verament hu jew dak li xtaq f’ħajtu. Straight titkellem dwar sfidi oħra li sfortunatament Kirkop għadu jaffaċja f’ħajtu proprju għaliex hu gay. Finalment Kirkop huwa kuntent kif inhu.
Il-kumitat organizzattiv ppreżenta l-premju L-Għanja Li Tibqa’ lil Renato Micallef għall-kontribut tiegħu lejn il-kanzunetta Maltija. Renato interpreta il-kanzunetta ‘Bizzilla bil-Ġebliet’ tal-awtur Ġorġ Saliba u l-kompożitur Dominic Galea.
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
Links:
🖊️Il-kanzunetti u l-lirika
🎞️ videos fuq facebook
Il-kanzunetti ġew ppublikati fuq diversi pjattaformi diġitali fosthom Spotify.

 

Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-
Kunsill Malti Għall-Arti.

Il-Kantanti Finalisti 2024

01. Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella)

02. Daqqa ta’ Pinna – Cherylis (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
03. Jiena Missier – Dominic Cini (Etienne Micallef, Philip Vella)
04. Straight – Lon Kirkop (Kantawtur)
05. Bil-Jekk u Bil-Jewilla – Thea Gauci (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
06. Fissidni – Dario Bezzina (Kantawtur)
07. Munita B’Żewġ Uċuħ – Kayley Cuschieri (Paul Ellul, Mark Scicluna)
08. Tgħanniqa – Leontine (Etienne Micallef, Dominic Cini)
09 Kanna Kanun – JAMM Band (Mark Cachia)
10. Dik L-Id – Jasmine Farrugia (Paul Ellul, Aldo Spiteri/ Bradley Spiteri/ Liam Spiteri)
11. Nafu Nħobbu Wkoll – Anna Azzopardi (Joe Julian Farrugia, Mark Spiteri Lucas)
12. Il-Poeta ta’ Ftit Kliem – Mark Tonna (Etienne Micallef, Dominic Cini)
13. Namra – Florence Aquilina (Kantawtur)
14. Inkiss Inkiss – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
15. Għażiża – Laura Bruno (Mark Spiteri Lucas)
16. Qsamt it-Triq – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant)