Webinar 2022 għall-Artisti tal-kanzunetta Maltija nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm.


Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija, speċjalment għal min jixtieq jieħu sehem f’L-Għanja tal-Poplu.

Webinar 2022 għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija

Programm

Diskussjoni

il-Kanzunetta Maltija: Mill-Pinna għall-Palk

Kelliema: Vince Fabri, Frank O’Neill, Mark Laurence Zammit u Marilyn Aquilina

Mistoqsijet minn dawk preżenti

Tmexxi l-webinar: Dr Ingrid Vella


Nistidnuk tattendi dan il-webinar li se jsir fuq zoom. Irreġistra online fuq https://tinyurl.com/ghtp-web22-reg

Is-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se tittella’ s-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetti għal dan il-festival se jintlaqgħu online sal-Ġimgħa 18 ta’ Marzu. Ir-regolamenti 2022 jinsabu fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti-2022