L-43 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal- Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser tittella’ s-Sibt 31 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

It‑tema tal‑kanzunetta hija libera, jiġifieri l-awtur jista’ jikteb fuq dak li jrid. Dan il‑festival jinkoraġġixxi l‑kitba ta’ kanzunetti li jesprimu l-ħsibijiet, l‑esperjenzi, il‑gosti, ix‑xewqat, ir‑relazzjonijiet u l‑aspirazzjonijiet kemm fuq bażi personali, jew bħala poplu fuq din il‑gżira, jew bħala ċittadini tad‑dinja.  Kanzunetti b’tema ta’ imħabba jew ħbiberija, umoristiċi, satiriċi jew trivjali, eċċetra, għandhom ukoll post f’dan il-festival.

L-istil mużikali huwa liberu. Il-lingwa Maltija tadatta ruħha sew biex tkun interpretata b’diversi stili mużikali. Tajjeb għaldaqstant li wieħed jesplora idjomi u stili ġodda u innovattivi.

Il-kanzunetti ser jintlaqgħu jintlaqgħu nhar it-Tlieta, 21 ta’ Mejju, 2019, mill-10:30 sas-13:00 u mis-18:00 sat-20.30.

Downloads:  Regolamenti 2019 PDF    Formula tal-applikazzjoni 2019

F’kas ta’ diffikulta’ iktbilna fl-imejl ghanjatalpoplu@gmail.com  jew cempel: 79923522

.