Neville (Neville Refalo)

Neville beda l-karriera tiegħu 16-il sena ilu taħt it-tagħlim tal-Maestro lokali Bryan Cefai. Ħa sehem f’diversi festivals lokali fosthom il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa, Festival Indipendenza, Festival Kanzunetta Maltija u l-Għanja tal-Poplu. Kien rebbieħ ukoll tal-festival Malta Hit Song Festival fl-2010 li biha wkoll rrappreżenta lil Malta fil-festival Universong fi Spanja fejn hu kiseb il-Premju prestiġjuż tal-Aħjar Artist Internazzjonali. Neville ħa sehem b’suċċess ukoll f’aktar festivals internazzjonali fl-Italja, f’Ċipru u fil-Montenegro fost l-oħrajn. Huwa wkoll jifforma parti minn diversi baned famużi lokali.

Neville huwa wkoll attur fejn fost il-hafna xoghlijiet li hadem fil-passat jispikkaw il-partijiet principali tieghu fi musicals bhal Jesus Christ Superstar, Zeza tal-Flagship, Jekyll & Hyde u The Phantom Of The Opera.

 Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:  

PAWLU L-BABAW hija kanzunetta li ddur madwar, appuntu, Pawlu magħruf mal-kbar u maż-żgħar bħala ‘l-Babaw’: karattru mistħajjel daqs kemm hu veritier li joħroġ il-kuluri tiegħu f’deskrizzjoni vivaċi u astuta. Din il-kanzunetta tesperimenta mhux biss bl-istorja intriganti, bil-logħob tal-kliem u bis-saħħa tal-metafora, iżda anke bil-kuntrasti melodiċi u l-arranġament li jfakkar fl-ambjent u ħsejjes tipikament Maltin. Fil-mumenti kwieti tagħha, il-kanzunetta tagħti spazju għall-ħsieb dwar l-umanità u l-istorja vera wara l-93wiċċ ta’ dak li kulħadd jistkerraħ u jwarrab: il-Babaw.