Kors ta’ taħriġ għall-membri tal-Għanja tal-Poplu u Għaqdiet Volontarji Maltin

L-Għaqda L-Għanja tal-Poplu qed toffri kors ta’ taħriġ fejn dawk li jattendu jitgħallmu kif jippjanaw u jorganizzaw avveniment/i b’suċċess.

Dan il-kors huwa tajjeb wkoll għal min irid jorganizza showcase jew tnedija tal-kanzunetti tiegħu, jew irid jorganizza serata ta’ kanzunetti flimkien ma’ kantanti oħra, jew irid jgħin lil ħaddieħor fl-organizzazzjoni ta’ xi avveniment.

Jekk inti membru attiv f’għaqda volontarja, dan il-kors jgħinek tkun aktar effettiv fl-attività tal-għaqda li inti membru tagħha. Barra minn hekk dan il-kors ta’ taħriġ jgħinek tkun taf x’għandek tagħmel u ma tagħmilx meta tkun involut f’organizzjoni ta’ attività fuq ix-xogħol jew avvenimenti tal-familja.

Għal dan il-għan qed noffru kors ta’ tlett ijiem immexxi minn Annalisa Schembri, persuna b’esperjenza twila f’dan il-qasam u li bħalissa hija wkoll id-direttur tal-APS Summer Festival.

Dan il-kors ta’ taħriġ se jkun bil-Malti u n-noti jkunu bl-Ingliż. Aktar dettalji flimkien mal-applikazzjoni jinstabu fis-sit www.ghanjatalpoplu.org/kors2023 . Jekk trid tattendi, applika kemm jista’ jkun malajr għax in-numru ta’ postijiet f’dan il-kors huma limitati. Applika hawn .

Għal aktar tagħrif ibgħatilna email: ghanjatalpoplu@gmail.com