Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu ta’ kull sena jtella’ festival ta’ kanzunetti oriġinali b’messaġġi relevanti għalina il-Maltin. Ħafna mill-fondi tagħna jiġu mill-attendenza għall-festival. Minkejja il-problemi li ħolqot l-pandemija din l-għaqda volontarja xorta tellgħet l-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-festival . Bħal kull organizzazzjoni oħra, in-nuqqas ta’ udjenza ħoloq stress finanzjarju fuq l-organizzazzjoni.

Għaldaqstant napprezzaw kull sapport għal dan il-festival li kontinwament żamm il-kanzunetta Maltija ħajja matul is-snin. Hemm diversi modi kif tista’ tghin biex niżguraw li dan il-festival immexxi b’mod indipendenti, jibqa’ jirrinova ruhu u jifjorixxi. Jekk tixtieq li b’xi mod tgħin bis-servizz tiegħek jew permezz ta’ donazzjoni lil din l-għaqda volontarja tista’ tikkuntatjana permezz tal-email info@ghanjatalpoplu.org .