Minkejja d-diffikultajiet li qalgħet il-pandemija, il-kumitat organizzattiv xorta tella’ l-45 edizzjoni tal-festival nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021. Il-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal ġie estiż biex hekk il-mużiċisti u l-kantanti izommu id-distanza minn xulxin. Għat-tieni sena konsekuttiva inħadmu wkoll song videos tal-kanzunetti finalisti li xxandru minn qabel fuq l-istazzjonijiet televiżivi principali ta’ Malta.
Wara il-festival sar post-mortem fejn il-kumitat organizzattiv laqa’ kummenti u suġġerimenti online. Issa wasalna fl-istadju li niddeċiedu id-dettalji dwar is-46 edizzjoni u wara jitħabbru r-regolamenti.