Is-Semifinalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP

B’kollox ġew sottomessi 131 kanzunetta għas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn 4 ġurati għażlet l-40 kanzunetta semifinalista. Il-ġurati semgħu l-kanzunetti u kitbu l-kummenti tagħhom dwar il-kliem u l-mużika ta’ kull kanzunetta. Dawn il-kummenti se jkunu aċċessibli għall-awturi u l-kompożituri hekk kif jgħaddi l-festival.

Din hi l-lista f’ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali tas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu.

Il-kanzunetti semifinalisti 2022:

Baxx u Għoli
Bejn il-Ħbieb
Bewsa
Biss Jekk Inti Trid
Ċempilli
Destin
Fejn Hi
Festa tal-Kartapesta
Fil-Kexxun
Fis-Skiet
Ġungla tal-Konkrit
Gaġġa tad-Deheb
Ħelu Manna
Ħin Misluf
Ibda Mil-Lum
Ieqaf Ftit
Il-Ħuta L-Kbira
Illejla
Immorru
Intbaħt
Ismi
Jekk Ma Nkunx Jien
Kannizzata
Kjaroskur
Klikk
Kont Barrani
Ma’ kull sekonda
Mhux Biċ-Ċajt
Monokrom
Mr X
Munita b’Żewġ Uċuh
Niġġudikaw
Pellegrin (Lil Oliver)
Qalb ta’ Qalbi
Qatt Ma Wasalt
Ritratt
Sottospeċi
U Ijwa
Xemgħa
X’Kien Liebes

 

Dan r-riżultat ġie kkonfermat min-nutar.

 

It-tieni fażi tal-għażla hija s-semifinali, meta l-kantanti se jkantaw il-kanzunetti tagħhom live b’akkumpanjament irrekordjat.
L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fit-30 ta’ Lulju 2022 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta