B’kollox ġew sottomessi 137 kanzunetta għat-42 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija . Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames persuni. Issa jmiss li ġurija oħra tisma’ u tiġġudika l-aħjar 42 kanzunetta, billi tismagħhom kantati lajv akkumpanjati minn mużika rrekordjata.
It-42 kanzunetta li għaddew għall-Fażi tas-Semi-Finali (f’Ordni Alfabetika) huma:
| Aħna l-Maltin |
| Allura |
| Anamika |
| Belt tal-Maltin |
| Bil-Mini jew bl-Għonella |
| Bis-Serqa |
| Bla Ħafna Reċti |
| Dak li Taf |
| Determinata |
| Din l-Art Ħelwa |
| Eku Mill-Belt |
| Fejn Ma Jasalx il-Kliem |
| F’ilsien in-Nies |
| Fjur Fuq it-Tarmak |
| Fjuri tal-Karti |
| Għaliex Tlaqt |
| Ħadd Ma Jaf Xi Jrid |
| Ħalli Spazju Għan-Nanniet |
| Il-Gżira tal-Burdell |
| Jekk Tafx Min Jien |
| Kartolina Ta’ Mħabba |
| L-Aħħar Żifna |
| Lellux |
| L-Immigrant |
| L-Ixkubetta Fiha l-Grillu |
| Manann |
| Metafora |
| Mhux kif Ħsibt |
| Mhux Kulma Jleqq Deheb |
| Mhux Li Kien |
| Mhux Tard |
| Min Aħna |
| Nistenniek |
| Oħt |
| Omm Ta’ Veru |
| Pawlu l-Babaw |
| Senduq |
| Taħfirli |
| Tbissimli |
| Tifla |
| Tir |
| Wegħdni |
Dawn il-kanzunetti ser jinstemgħu nhar is-Sibt u l-Ħadd 2 u 3 ta’ Ġunju, u l-ġurija ser ikollha biċċa xogħol iebsa biex tagħżel il-kanzunetti finalisti. Dawn ser jitħabbru nhar it-Tnejn 4 ta’ Ġunju. Is-serata finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ nhar -Sibt l-1 ta’ Settembru 2018, fi Pjazza Teatru Rjal.
Fis-serata finali il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla, li jew ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, jew jakkumpanjaw il-kanzunetta huma stess, jew inkella jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom flimkien mal-orkestra.

