Ruth Portelli

Mill-gżira Għawdxija, Ruth Portelli forsi hija kemm isem u wiċċ ġdid għal ħafna għaliex mhux waħda li tiffrekwenta d-dinja tal-festivals għalkemm irnexxiela tikkompetieti fl-aktar wieħed meta għaddiet għall-Malta Eurosong fl-2010 bilkanzunetta “Three Little Words” fuq kliem ta’ Gerard James Borg u mużika ta’ Philip Vella.

Wara numru ta’ snin nieqsa mix-xena tal-mużika, Ruth iddeċidiet li tieħu linizzjattiva fl-2016 meta bdiet taċċetta li tkanta f’numru t’attivitajiet fil-gżira tattliet għoljiet. Infatti, kienet waħda mill-parteċipanti fir-Rockastra bis-sehem tal-Maestri Sigmund Mifsud u Aurelio Belli flimkien ma’ kantanti rinomati bħal Kevin Borg u Chris Grech. Aktar riċenti, Ruth kellha sehem fil-musicals “Fiddler on the Roof” u “Jesus Christ Superstar” li t-tnejn ġew imtellgħin Għawdex.

 Il-Ħsieb tal-Kanzunetta:  

Il-lirika tal-kanzunetta, Għaliex Tlaqt?, ġiet miktuba b’turija ta’ solidarjetà malvittmi tas-suwiċidju; il-mejta u qrabathom. Dal-qasam ma tantx jissemma fil-mezzi tax-xandir, u naqbel, mam fl-istess waqt inħoss li għandu jkun hawn aktar kuxjenza.

It-titlu, minnu nnifsu, huwa mistoqsija rettorika. Il-vittmi jkunu waslu f’dak listadju għax ħassew li s-soċjetà ma fehmithomx biżżejjed. Għażilt żewġ karattri – żewġ aħwa – u lill-vittma ppreżentajtu bħala karattru kwiet. Ħafna drabi aħna lbnedmin naħsbu li ġaladarba persuna tkun kwieta ma jkollhiex mamis bħal ħaddieħor! It-tmiem fatali għażilt li nieħdu Wied il-Għasel minħabba li l-pont ta’ dal-wied huwa wieħed mill-aktar postijiet imfittxija ma’ dawk li jagħmlu ssuwiċidji.

Permezz ta’ dil-lirika nixtieq inwassal il-messaġġ li aħna l-bnedmin, minkejja li ninsabu fi ġlieda kontinwa kontra l-ħin, matul il-ġurnata għandna niddedikaw ħin sabiex nitkellmu mal-għeżież tagħna, eż. Naraw minn xiex ikunu għaddew tul dak il-jum, xi jħossu u x’aspirazzjonijiet għandhom. Il-komunikazzjoni, bla dubju, hija waħda mis-sustanzi li jistgħu jittieħdu sabiex jiġu evitati ċirkostanzi fatali bħal dawn.