L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ, fit-2 ta’ Marzu

Il-Finalisti jiltaqgħu fil-Palazz Verdala

Charisse Ann Vassallo, Martina Galea Loffreda,Thea Aquilina,  Ilenia Camilleri, Rachel Lowell,Aidan Jay Drakard, Kira Copperstone, Nathan Aquilina , Emma Cutajar, Kayley Cuschieri , Thea Gauci, Bradley Debono, Elisa Muscat, Eliana Gomez Blanco, Luana Schembri, Nathan Psaila, Riona Degiorgio, Jahel Cardona.

Waqt laqgħa li saret fil-Palazz Verdala ġewwa l-Buskett ġie mniedi l-festival L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ. Dan il-festival qed jagħti spażju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena jesprimu ix-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.

Il-finalisti ta’ dan il-festival ġew indirizzati miċ-chairperson tal-Għanja tal-Poplu is-sur Carmelo Schembri u mill-kap tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu, is-sur Michael Bondin.  Huma ħabbru li l-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta’ 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra . Barra minn hekk il-festival ser jkun qed jilqa’ kantanti mistednin barranin.

L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ ser jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kullegg San Benedittu u filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel. Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt . Għar-repreżentazzjoni ta’ filgħodu, il-booking isir mill-Kulleġġ San Benedittu, tel: 25984400  jew e-mail:  sbc.kirkop.ss@ilearn.edu.mt .

Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra  ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il  mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.

L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.

 

L-ordni ta’ kif ser ikunu ppreżentati l-kanzunetti

Kanzunetta Kantant/a/i
1 Kliem Eliana Gomez Blanco
2 Manikin Luana Schembri
3 Ħmistax Thea Gauci
4 Triq Oħra Ilenia Camilleri
5 Sib Ħin Elisa Muscat
6 Bla Isem Bla Kunjom Bradley Debono
7 Skont id-Daqqa ż-Żifna Kira Copperstone
8 Il-Ħolma Riona Degiorgio
9 Ta’ Rasi Emma Cutajar
10 Weġibni Ma Jahel Cardona
11 Li Tiżra’ Taħsad Rachel Lowell
12 Il-Verita Charisse Ann Vassallo
13 Kieku Nista’ Thea Aquilina
14 Stennejtek Nathan Psaila
15 Għerf il-Baħar Thea Gauci
16 Ma Nafx Għala Martina Galea Loffreda
17 Dwell Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard