Your Content Goes Here

Il-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se tittella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetti għal dan il-festival se jintlaqgħu online sat-Tnejn 5 ta’ April 2021.

L-għan prinċipali tal-festival hu li jinħolqu kanzunetti ta’ kwalità. Għaldaqstant se norganizzaw Webinar għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija nhar il-Ħamis 11 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm. Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija, speċjalment għal min jixtieq jieħu sehem f’L-Għanja tal-Poplu. Dakinhar tal-webinar se nniedu r-regolamenti tal-festival.

Nistidnuk tattendi dan il-webinar billi tirreġistra online fuq www.tinyurl.com/ghtp-webinar-reg
Wara għandek tirċievi ħolqa biex tkun tista’ tidħol fil-webinar.

Webinar għall-Artisti tal-Kanzunetta Maltija

Programm

Il-Professur Manwel Mifsud jitkellem fuq X’jagħmel kanzunetta tajba

Diskussjoni: Intejbu l-lirika tal-Kanzunetta Maltija

Kelliema: Trevor Zahra, Dr Michael Spagnol,

Leanne Ellul u Sephora Francalanza

Mistoqsijet minn dawk preżenti

Tnedija tar-regolamenti tal-45 Edizzjoni

Tmexxi l-webinar: Dr Ingrid Vella

Kumitat Organizzattiv

L-Għanja tal-Poplu

E: info@ghanjatalpoplu.org

W: www.ghanjatalpoplu.org

Il-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu bil-kollaborazzjoni tal-Malta Concert Orchestra u ta’ Pjazza Teatru Rjal, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan il-webinar qed jittella’ b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta.