
| Kanzunetta | Kantant/a/i | |
| 1 | Kliem | Eliana Gomez Blanco |
| 2 | Manikin | Luana Schembri |
| 3 | Ħmistax | Thea Gauci |
| 4 | Triq Oħra | Ilenia Camilleri |
| 5 | Sib Ħin | Elisa Muscat |
| 6 | Bla Isem Bla Kunjom | Bradley Debono |
| 7 | Skont id-Daqqa ż-Żifna | Kira Copperstone |
| 8 | Il-Ħolma | Riona Degiorgio |
| 9 | Ta’ Rasi | Emma Cutajar |
| 10 | Weġibni Ma | Jahel Cardona |
| 11 | Li Tiżra’ Taħsad | Rachel Lowell |
| 12 | Il-Verita | Charisse Ann Vassallo |
| 13 | Kieku Nista’ | Thea Aquilina |
| 14 | Stennejtek | Nathan Psaila |
| 15 | Għerf il-Baħar | Thea Gauci |
| 16 | Ma Nafx Għala | Martina Galea Loffreda |
| 17 | Dwell | Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard |
Preparazzjonijiet Għall-Għanja Tal-Poplu Żgħażagħ 2018 (4Ed)
Tittella’ l-Ordni ta’ kif ser jitkantaw il-kanzunetti fil-finali tat-2 ta’ Marzu
Il-preparazzjonijiet għall-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ għaddejin ġmielhom u issa kollox juri li dan il-festival għandu jkun esperjenza sabiħa kemm għall-parteċipanti kif wkoll għal dawk li ser jattendu. Dan il-festival ser jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu fit-teatru tal-Kulleġġ San Benedittu Hal-Kirkop (maġemb l-kumpless sportiv).Filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni għall-istudenti tal-iskejjel u filgħaxija ikun hemm is-serata finali li ser tkun miftuħa għall-publiku ingenerali. Filgħodu jkun hemm ġurija popolari magħmula minn persuni ta’ eta żagħżugħa, filgħaxija tattendi ġurija ‘espterta’. Il-kantant/a tal-kanzunetta rebbieħa ser jingħata/tingħata l-opportunita’ ta’ sehem f’festival barra minn Malta.
Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar ittellgħet il-polza biex tkun stabbilita l-ordni ta’ kif ser jitkantaw il-kanzunetti finalisti.
Waqt il-laqgħa tkellmu Noel Damato li spjega kif għaxar snin ilu kienet ittellgħet it-tielet edizzjoni ta’ dan il-festival. Issa il-kumitat L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-kolloboraturi jista’ jtella’ ir-raba’ edizzjoni, u iktar edizzjonijiet fil-futur. Hekk iż-żagħżagħ jingħataw iktar opportunitajiet fejn ikunu jistgħu jesprimu t-talent tagħhom fil-qasam tal-kanzunetta Maltija bl-ilsien Malti. Dan il-festival jittella’ fi spirtu ta’ parteċipazjoni u ħbiberija; il-kompetizzjoni qegħdha hemm biex tqajjem l-interess. Waqt l-istess laqgħa tkelmet wkoll Joyce Grech mill-Malta Film Foundation. Hija spjegat kemm hi effettiva l-interpretazzjoni viżiva, speċjalment meta l-kanzunetta tinġibed bil-kameras tat-televiżjoni.
Dan il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu bis-sapport tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown. Dan qed isir b’ħidma id f’id mal-kompożituri tal-kanzunetti finalisti.
L-Għanja tal-Poplu hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti – Cultural Parnership Agreement.
Informazzjoni dwar biljetti issibuha fil-websajt www.ghanjafest.com



