IL-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI GħTP 2019
B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta għat-43 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames persuni. Issa jmiss li ġurija oħra tisma’ u tiġġudika l-aħjar 42 kanzunetta, billi tismagħhom kantati lajv akkumpanjati minn mużika rrekordjata.
It-42 kanzunetta li għaddew għall-Fażi tas-Semi-Finali (f’Ordni Alfabetika) huma:
| Aħna l-Maltin |
| Bejn L-Erba’ Ħitan |
| Bħad-Deheb |
| Bizzilla |
| Dawl Għajnejja |
| Din Għalik |
| Dmugħ Iswed |
| Fejn Ma Jasalx il-Kliem |
| Fil-Ħoġor tat-Tieqa |
| Fil-Klassi |
| Għadu Mhux il-Waqt |
| Għallimtni |
| Ħallini Nħobbok |
| Id-Ditta Tal-Ġlekk |
| Il-Verita’ |
| Imma Qatt Ma Wasalt |
| Int Biss |
| Int u Jien |
| Ix-Xemx Għaddejja |
| Jekk Tafx Min Jien |
| Jien, L-Ilsien Malti |
| Kemm Xtaqt |
| L-Isbaħ Fjura (Nru Reġ 98) |
| Ma Tridx Tara Kbir |
| Mhux Li Kien |
| Minn Għada |
| Minn Kajfas Għal Għand Pilatu |
| Misraħ Ġawhra |
| Mobile |
| Omm ta’ Veru |
| Ottimista |
| Pjazza Ġdida |
| Roulette |
| Sakemm Sibt Garaxx |
| Siġra |
| Sindikajra |
| Tfewwaħ |
| Tir |
| Vuċijiet |
| Waħdi |
| Wiċċ il-Ktieb |
| X’Festa |
Dawn il-kanzunetti ser jinstemgħu nhar it-Tlieta u l-Erbgħa 11 u 12 ta’ Ġunju filgħaxija, u l-ġurija ser tagħżel il-kanzunetti finalisti. (Il-kantanti konċernati ser ikunu avżati dwar il-ħin u l-post). Is-serata finali tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ nhar is-Sibt l-31 ta’ Awwissu 2019, fi Pjazza Teatru Rjal.
Fis-serata finali il-parteċipanti ser ikollhom l-għażla, li jew ikunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra, jew jakkumpanjaw il-kanzunetta huma stess, jew inkella jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom flimkien mal-orkestra.

