Titħabbar l-ordni tal-kanzunetti finalisti ta’
L-GĦANJA TAL-POPLU 2021

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se jittella’ nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Din hi l-ħames darba li dan il-festival qed jittella’ akkumpanjat mill-orkestra fi Pjazza Teatru Rjal.

Għall-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu daħlu 178 kanzunetta li minnhom intgħażlu l-40 kanzunetta semifinalista. Wara ntgħażlu s-sittax-il kanzunetta finalista. Dawn il-kanzunetti se jkunu interpretati u mxandra live fuq TVM nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fid-9pm.

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti, L-Ghanja tal-Poplu qabel mal-kollaboraturi li l-festival ikun televiżiv, immirat għat-telespettaturi Maltin. Il-palk ta’ Pjazza Teatru Rjal se juża’ l-faċilità li għandu biex ikun estiż b’ħames metri. B’hekk il-mużiċisti u l-kantanti jistgħu jiġu akkomodati skont kif jitolbu ċ-ċirkustanzi.

Hekk kif fadal inqas minn xahar għas-serata finali, il-kumitat organizzattiv qed jirsisti biex għall-aħħar ta’ Lulju iniedi l-festival b’song videos tal-kanzunetti finalisti. Dawn se jixxandru fuq it-televiżjoni u fuq il-media soċjali. Il-festival jilħaq il-qofol tiegħu s-Sibt 7 ta’ Awwissu meta l-kanzunetti jiġu interpretati live u akkumpanjati mill-Malta Concert Orchesta taħt it-tmexxija tal-Maestro Joe Brown.

Din is-sena l-organizzaturi għafsu fuq l-importanza ta’ lirika tajba bil-Malti, u anke organizzaw webinar bis-sehem ta’ professjonisti fil-qasam tal-ilsien Malti u l-kitba letterarja. L-organizzatturi jinsabu kuntenti bil-kwalità tal-kanzunetti ppreżentati u jirringrazzaw lill-artisti kollha li ssottomettew il-kanzunetti tagħom għal dan il-festival.

Dan il-festival hu frott il-ħidma volontarja tal-Kumitat L-Għanja tal-Poplu, b’ħidma flimkien mal-awturi, kompożituri u kantanti li ppreżentaw il-kanzunetti tagħhom għal dan il-festival.

Il-45 edizzjoni tal-festival qed tittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Valletta Cultural Agency.

L-GĦANJA TAL-POPLU 2021 – Il-kanzunetti fl-ordni li se jiġu ppreżentati *
Kanzunetta – Kantant/i jew grupp (Awtur, Kompożitur)

1. Kunċert Impromptu Thea Gauci u Nedved Galea (Rita Pace, Mark Cachia)
2. Logħba tal-Kaxxi – Karm Debattista (Pierre Bonnici, Karm Debattista)
3. Nann! – Marija Bellia (Marija Bellia, Iona Dalli u Marija Bellia)
4. Meta l-Lupu Jkun Bil-Ġuħ – Tiziana Calleja (Rita Pace)
5. Attakki Virtwali – Mark Cachia (Mark Cachia)
6. Uman – Nicole Hammett (Rita Pace, Rita Pace u Augusto Cardinali)
7. Għada Jisbaħ Ukoll – Philip Vella u Maria Spiteri (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
8. Se Nirranġaw – Dominic Cini u Anna Azzopardi (Mark Laurence Zammit)
9. Logħba Ċess – JAMM Band (Mark Cachia)
10. Is-Sirena Li Welldet it-Tama – Haley Azzopardi (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
11. L-Għeneb il-Qares – Daniel Muscat Caruana (Rita Pace, Mark Scicluna)
12. Niftakar – MeadowStrings (Mario Camilleri, Magdalene Farrugia)
13. Il-Bajtar Sar – Dario u Grecia Bezzina (Rita Pace, Dario Bezzina)
14. Fuq L-Ixkaffa – Sean Borg (Philippa Naudi u Bettina Muchmore)
15. Min Bagħtu Dan L-Għannej – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant, David Joseph Sammut)
16. Ħarstek – Rachel Lowell (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)

* L-ordni tal-kanzunetti ttellgħet fil-preżenza tan-nutar, nhar il-Ħamis 9 ta’ Lulju 2021.