AĦBARIJIET
Lirika (40Ed)
Ta’ Billejl
kliem: Paul Ellul
mużika: Mark Spiteri Lucas
ikanta: Neville Refalo
Sarli l-ħin biex immur naħdem,
jien illum ix-xift tal-lejl,
il-jiem tiegħi saru riga,
nieħu dejjem l-istess kejl.
Lil uliedi fil-friex komdi,
inħallihom hemm reqdin,
filgħaxija jkunu daħlu,
xħin immur għax-xogħol fil-ħin.
Pa, ħa nkellmek għandi x’ngħidlek,
pa, dil-kelma ma nafhiex,
pa, dil-logħba mhix għal wieħed,
pa, dil-ħajja ma rridhiex.
Ta’ billejl, ħu ftit paċenzja,
ta’ billejl, diġa` qed tard,
idħol orqod naraw għada,
tgħatta sew għax daqsxejn bard.
Il-kont tiegħi mimli ewros,
mowbajl fown għal wieħed tnejn,
u f’kull kamra hemm kompjuter,
nieqaf naħdem mnejn sa fejn.
Kos u kos iż-żmien kif jgħaddi,
illum bniedem irtirat,
ninsab waħdi wliedi żżewġu,
bija nnifsi għoddni fgat.
Pa, ħa nkellmek għandi x’ngħidlek…
Ta’ billejl, ħu ftit paċenzja…
Inċemplilhom kemm-il darba,
messaġġ nibgħat kull sagħtejn,
u r-risposta dejjem waħda,
pa, mhux issa mnejn sa fejn.
Pa, ħa nkellmek għandi x’ngħidlek…
Ta’ billejl, ħu ftit paċenzja…
Ma Ninsiex
kliem: Joe Julian Farrugia
mużika: Augusto Cardinali
tkanta: Deborah Dalli
Nar… li qawwietu ma jafhiex
Xemx… ma tixgħelx bla taf għaliex
Naf… illi hekk kont jiena,
warda li ma tafx bi lwienha…
u żgur li ma ninsiex
Ħlomt… u dil-ħolma ġrat tassew
Xewqat… illi fl-aħħar irnexxew
U naf… li kont int għalija,
għentni nirbaħ id-dgħjufija…
Qalbi ma tinsiex
B’hekk qed inkanta llum… ilbieraħ tar mar-riħ
Mhu se jwaqqafni ħadd… dal-waqt nibqa’ ngawdih
u dak li għidtli int… ma ninsiex
Erfajtni fuq ġwenħajk… biex ma negħjiex intir
u niddeċiedi jien… li għandu jsir isir
għax ħajti tiegħi biss… ma ninsiex
Qatt… fija nnifsi qatt m’emmint
sal-jum… illi f’ħajti tfaċċajt int
Fhimt… li jekk ma naqtax qalbi,
jasal jum jinstema’ talbi
u jien ma nintesiex
B’hekk qed inkanta llum… ilbieraħ tar mar-riħ…
Qed nerġa’ ngħix mill-ġdid
Ngħix ħajti kif irrid
B’hekk qed inkanta llum… ilbieraħ tar mar-riħ…
Is-Sinjur
kliem: Emil Calleja Bayliss
mużika: Mark Scicluna
tkanta: Cherylis
Kien magħruf ta’ ħafna flus
imma qatt ma rajtu jbus
u f’dinjietu deher mitluf,
dejjem waħdu rajtu jħuf.
Aktar ġid ra kif akkwista,
għal butu dejjem irsista
għax jgħix f’dinja materjali.
favurih kien id-destin.
In-nies jafuh bħala s-sinjur,
bil-ġid kien donnu ser ifur,
jgħix ġo palazz qisu minjiera,
fit-tarf tat-triq mal-kantuniera,
titkellem miegħu kien t’unur
dejjem bil-ġlekk pulit idur,
ħadd ma jaf x’hemm wara l-purtiera,
fit-tarf tat-triq mal-kantuniera.
Is-sinjur xħiħ,
ma kellux ħjiel,
x’hemm lest għalih.
Għodwa waħda deher sinjal,
imdendel ħdejn il-fanal,
il-palazz għall-bejgħ jinsab,
fi ftit jiem xi ħadd mar xtrah.
Xerred ġidu mal-batuti,
qassam kulma kellu x’juri.
Kemm ferħ ħass ma’ kull tbissima,
xtaq li jdawwar lura ż-żmien.
In-nies jafuh bħala s-sinjur,
bil-ġid kien donnu ser ifur,
jgħix ġo palazz qisu minjiera,
fit-tarf tat-triq mal-kantuniera.
Issa s-sinjur m’għadux l-istess,
u fil-flus tilef l-interess,
in-nies ħabbewh u daru miegħu,
ma kellhomx ħjiel li waslet tiegħu.
Qassam kull sold u spiċċa b’xejn
u ħadd ma fehem għaliex, għalfejn,
ħadd ma kien jaf li kien marid,
x’jiswa l-ġid?
Kienu jafuh bħala s-sinjur,
bil-ferħ ġo qalbu qed ifur,
neħħa l-palazz qisu minjiera,
fit-tarf tat-triq mal-kantuniera.
Issa jitbissem lil kulħadd,
u warrab minnu l‑beżgħat,
ħesrem inkixfet il-purtiera
fit-tarf tat-triq mal-kantuniera.
Għas-sinjur fqir,
wasal it-tmiem,
u skada l-ħin.
Ħallejt il-Passi Wrajk
kliem: Paul Ellul
mużika: Glen Vella
ikanta: Jurgen Xerri
Fittixt fil-paġni rotob f’dizzjunarju,
xi jfisser kliem bħal spazju, vojt u tmiem,
xi jfisser kliem bħal titlaq, tbewweġ waħdek,
xi jfisser kliem bħal mili, dmugħ u jiem.
Int kellek tant uċuħ u jdejn biex tmelles,
u kmamar b’sabar, b’għożża mimlijin,
u qlub li jfittxu leħnek għall-pariri,
kont sieħeb f’ħafna logħob u ġiri w żfin!
Ħallejt il-passi wrajk,
ħallejt ir-riħa tfuħ,
ħallejt mitwija l-qmis,
inħobbuk,
nixtiquk.
Ħallejt il-passi wrajk,
niftakar fik kuljum,
inbus ritratt merfugħ,
erġa’ lura,
irriduk.
X’fittixt li ma tajniekx fis-sliem u l-paċi,
imlejna d-dar bħal bejta kollha frieħ,
għax veru każ li l-bniedem qatt mhu hieni,
u jlebbet wara x-xejn w ix-xejn jagħmih.
Inħares lejn l-armar fi kmamar vojta,
u l-ġugarelli b’wajers imsaddin,
nixtieq, nixtieq timtela qalbi bl-hena,
għax inti biss ta’ ħajti timla l-ħin.
Ħallejt il-passi wrajk…
Ħallejt il-passi wrajk…
Fejn qiegħed u fejn tkun ma nkunux nafu,
li nafu hu li hawn ma narawk qatt,
kulma naraw ritratti mċajpra tiegħek,
li jlissnu f’qalbna l-ksur ta’ dan il-patt.
Ħallejt il-passi wrajk …
Ħanini
kliem: Walter Micallef
mużika: Walter Micallef
ikanta: Walter Micallef
Ħallini ħanini
Inserrep subgħajja
Għalxejn ġewwa xagħrek
U nħollu bil-ħlewwa
L-għoqiedi w bil-għaqal
Immelles u nwennes
Sakemm qajla qajla
Jingħalqu għajnejk.
Ħallini Ħanini
Inħejjek għall-ħolma.
Fuq fjuri tal-ġonna
Mal-friefet tittajjar.
Bil-ġwienaħ qotnija
Lejn sħab tat-tajjar.
Mal-merżuq tiżżerżaq,
Għal raqda aħjar.
Ħallih ir-riħ jonfoħ, ħallih tinkwetax
Ħa jfarfar il-weraq, sakemm ma jibqax
Imbagħad tiġi x-xita, u jfeġġ weraq żgħir
U x-xemx tgħinu jħaddar ħa jsir weraq kbar.
Ħallini ħanini
Inserrep subgħajja…
U tinqata’ ’l fuq
Ittir u dduq
Il-mistrieħ.
Il-Biża’ u Jien
kliem: Rita Pace
mużika: Pamela Bezzina
tkanta: Nadine Fenech
Kont tmaqdar u titfagħni
Ġo rokna, tumiljani
Tgħajjarni falliment…
Kapaċi għal xejn
Bi kliemek kont tkissirni
B’għemilek kont tbiċċirni
Tinfidni bħal stallett
Li jgħammex l-għajnejn
U leħen f’moħħi kien jirrepeti bla waqfien
Kliem li ġarraf, min hi l-vera Jien.
Imma mil-lum jien daqshekk emmint
Li tridni nemmen int
Se nisma’ biss dak li rrid jien
Mil-lum irrid ta’ ħajti nkun is-sid
U nibda ngħix mill-ġdid
Daqshekk għexna flimkien
Dil-biża’ u jien.
Biss għintni nimmatura
U qatt ma nħares lura
Inżomm ġo moħħi skop
li rrid ngħix għalih
Għalkemm int kont tbeżżagħni
f”kull ħaġa tikkritikani
taqtagħli qalbi, tgħaddasni fit-tajn
flok tgħinni, tqabbilni mal-oħrajn
Imma mil-lum jien daqshekk emmint
Li tridni nemmen int…
Sirt dak li jien illum
u niġi naqa’ u nqum
Jekk lilek ma jogħġbokx
L-aqwa li kuntenta jien!
Kont fl-għamad imma dfint
Il-gideb li sqejtni int
U minn ġol-fosdqa ħriġt
li inti nsiġt.
Għax jien mil-lum jien daqshekk emmint
Li tridni nemmen int,
Se nisma’ u ngħid dak li rrid jien!
Illum inbdilt u ħajti bnejt mill-ġdid
U l-ħolm li tfejtli int, b’kuraġġ ra dawl fiddien,
Bla biża’…din Jien.
Mellisni
kliem: Joe Chircop
mużika: Mark Spiteri Lucas
tkanta: Mikaela Bajada
Minn ċkuniti xtaqt li jkolli ħajja mlibbsa s-sliem u l-kwiet
Ngħix fil-ħemda tal-kampanja ’l hemm mill-għagħa li ssib fl-ibliet
Fil-benniena tan-natura fejn jintlibsu l-oħla lwien
Kollox f’postu f’armonija ma tarahx għaddej iż-żmien
Mellisni bi ftit benna
Li bħalha żgur ma ssib imkien
Libbisni l-ifjen libsa
Li ġiet meħjuta mill-ħolqien.
Mellisni bl-isbaħ noti
Kif jaf jgħanni l-ġojjin
Fissidni bi ftit raġġi
Tax-xemx tagħna l-Maltin.
Bogħod mill-ħsejjes tal-karozzi fejn m’hemmx dħaħen fil-madwar
Waqt li l-ħajja timxi ħienja mingħajr biża’ li l-ħin sar
Għad li bla teknolġija, mingħajr facebook, internet
Kollox jibqa’ miexi waħdu mingħajr skossi b’mod perfett
Mellisni bi ftit benna
Li bħalha żgur ma ssib imkien…
Għad li qatt ma marru skola dawn il-ħlejjaq ikellmuk
Bit-tbissima ħelwa tagħhom qatt wiċċ b’ieħor ma juruk
Mellisni bi ftit benna
Li bħalha żgur ma ssib imkien…
Tagħna l-Maltin.
Tama
kliem: Shyli, Jasmar Cassar, Kapitlu Tlettax
mużika: DJ Mac, David Leguesse, Shyli
ikantaw: Shyli, Jasmar Cassar ft Kapitlu Tlettax
Xemx u ragħad, tfittex id-dawl,
fid-dlam
Niftakar qiegħda noħlom mal-lejl,
li qiegħda hemm ma’ ġenbek,
qed inżommlok idejk.
Niftakar sew, qiesu llum,
Kulħadd hemm jibki kuljum
filli ħajtek tiegħek, filli f’daqqa waħda r-rota ddur
Qed nitkellem fuq tifel marid
ommna ssabbat rasha u tgiddeb lit-tabib
ħadd ma jaf il-futur
ħadd ma jaf li għandu jkun
faqqgħet sajjetta fil-bnazzi
żgur kien hemm xita kuljum.
Jikber fik,
it-tama ttir,
jikber l-uġigħ.
Ir-rota ddur,
x’jifdal fik?
Tmut ftit ftit.
Dik ħasbet li kellu marda banali
f’daqqa waħda indunat li kellu marda terminali
qatt ma ninsa ż-żminijiet,
kemm konna nilagħbu,
f’ħabta u sabta f’qiegħ ta’ sodda
kollu wġigħ u pajpijiet!
Xemx u ragħad, tfittex id-dawl,
fid-dlam
Bilqiegħda ħdejk,
l-aħħar bewsa fuq xufftejk
waqt li nkellmek narak iċċaqlaq ftit għajnejk
missier fehemni għalfejn.
X’għamilt ħazin biex minn ġo dan it-tip ta’ dlam jien għaddej?
Anzi jkolli ngħid li xtaqt li mitt jien f’dawn ix-xahrejn
nifhem għalfejn l-imħabba tmut quddiemek ma’ tista’ tagħmel xejn
dan il-wied ta’ dmugħ kellu jifred lilna t-tnejn
fuq ix-xogħol, il-ħin jieqaf waqt li nibqa’ jien għaddej
bħal dak id-dripp fil-vina li jkun qattar elf qatra malli jdoqqu s-sagħtejn
kif tista’ bla unur fi triqtek tibqa’ għaddej
meta taf li l-iskop int f’ħajtek tliftu
għalfejn taħdem issa għalxejn?
Nixtieq nitlob lill-Mulej biex jgħin lil dawk in-nies
li xi ħadd minnhom fil-ġlieda mal-kankru f’ħajtu kien għaddej
Għax mhux faċli titlef lil min ħabbejt
imqabbel mal-biki li bkejt
Mulej inħossni li għajejt
ma niflaħx iktar, ikun minni skont kelmtek
b’sogħba jien inwassal bid-dmugħ jien nitlaq
biss lilek nibqa’ nħaddan
Xemx u ragħad, tfittex id-dawl,
fid-dlam.
Ħsibt li int tlift il‑futur,
iżda x-xorti kellha ddur.
B’dak li kelli qatt ma kienet facli,
issa naf li għaddejt, b’hekk inħossni waħdi.
Qatt ma bsart li kellu jkun,
inħares lejk u qalbi tfur.
Jien inżomm il-passat, inti toffri l-futur,
għax dak li noffru flimkien naf li ħadd ma jista’ joffrih żgur.
Xemx u ragħad, jien sibt id-dawl,
fid-dlam.
Pupa tal-Plastik
kliem: Paul Ellul
mużika: Marco Debono
tkanta: Domenique
Meta kont tifla nilgħab bil-pupi.
nara kif nagħmel biex ma jweġġgħux,
mill-flixkun artab nisqi u nbennen,
taħt ftit dawl bati biex ma jibżgħux.
Xewqa bdiet tinbet ħielsa w sabiħa,
ħdani mimli bil-weġgħa tal-ħlas,
nisma’ l-bikja tqajjimni f’lejl xitwi,
ngħanni l-għanja li tnissel in-ngħas.
Pupa tal-plastik, ħu lewn id-demm,
ibki ta’ veru, għax qalbi midfuna fil-hemm.
Pupa tal-plastik, qum fuq saqajk,
imxi mar-ritmu, obdini ilqagħni f’dirgħajk.
Kemm nixtieq li jitqalu dirgħajja,
kemm nixtieq nibni album sabiħ,
demmhom demmi li jbaqbaq ġo fihom,
nimsaħ dmugħhom xħin jibżgħu mir-riħ.
Ħlomt għalxejn din il-ħolma sabiħa,
baqa’ vojt ġufi mimli b’tamiet,
baqa’ jokrob il-karba missielta,
baqa’ b’xewqa li qatt qatt ma mtliet.
Pupa tal-plastik, ħu lewn id-demm…
Bqajt inħaddan il-pupa tal-plastik,
u nbusilha ħaddejha kesħin,
xejn ma nagħmel jekk riedet is-sema,
ma jridx jimla lil qalbi f’xi ħin.
Pupa tal-plastik, ħu lewn id-demm…
Ilqagħni f’dirgħajk.
Bħal Tifla Żgħira
kliem: Andy Muscat
mużika: Mark Scicluna
ikanta: Andy Muscat
Kont kwiet, qatt ma tgerger, fil-folla tispikka ma stajtx.
Fi skola enormi kont tħossok daqs tikka, ma drajtx.
Qatt ma bbrillajt fl-edukazzjoni,
fl-isport ma tantx għamilt suċċess;
dejjem tistaħba waqt il-lezzjoni,
ma turi qatt ftit interess.
X’ħa jiġri jekk f’salt nisparixxi?
Jekk fuq il-gazzetta taqr’ ismi?
Jekk fil-klassi ma taranix,
Ma terġax tismagħni?
Jekk ismi jinsab fir-rassenja
U posti fil-klassi battal,
Se jsaqsu għalija l-oħrajn jew bilkemm jindunaw?
Forsi ħsadtek bla ma naf.
Forsi bkejtni, jien fejn naf.
Ħdax-il sena ġejt misluf,
Ħabta u sabta u kont mitluf.
Kif se ndur lejn ommok li tant kienet kburija bik?
Lejn għajnejn missierek li kien lest illi jmut għalik?
Isemmu biss, lil oħtok iżgħar
Daqshekk il-kliem, fuqkom it-tnejn.
Ħarsithom ’l hemm, lejn fejn kien postok
U fejn illum ma fadal xejn.
X’ħa jiġri jekk f’salt nisparixxi?
Jekk fuq il-gazzetta taqr’ ismi?…
Tismagħhom spiss fl-aħbarijiet
Dawn il-ġrajjiet ta’ mard u mwiet.
Ma tagħtix kas għax ma tobsorx li stajt kont int.
Sakemm xi darba lilek tmiss,
Lil xi ħabib jew xi ħadd qrib.
F’ħakka ta’ għajn mingħajr avviż.
Inti ħsadtni bla ma taf
U kemm bkejtek, int qas taf.
Ħdax-il sena ġejt misluf,
Ħabta u sabta u kont mitluf
Ngħidlek
kliem: Joe Julian Farrugia
mużika: Miriam Christine
tkanta: Miriam Christine
Dal-ħin din qalbi tfawwar mgħannaq ħsiebi fik
Il-ħajr li kont għażiltni kemm nixtieq nurik
Niftakar żmien li għadda u tar, mar-riħ
Għalija dejjem kien hemm int fil-ferħ u d-diq
Kont sur quddiemi meta ħabbtu l-mewġiet
Matul s-snin żammejna sħaħ, flimkien
Illum li m’għadekx haw’
Jitnissel f’qalbi mrar
Għall-ħsieb li qatt ma ntqal
Irrid…
Ngħidlek
Dak li hemm mistur ġo din il-qalb
Dak il-kliem li ma stajt ngħidlek qatt
Kemm xtaqt li lissint inħobbok
Ngħidlek
Serraħ rasek, orqod, strieħ fis-sliem
Għallimtni ngħix u nħobb u nkun li jien
Ngħidlek
Minn skietek u għemilek ħadt eżempju kbir
Urejtni b’għerf x’inhu tal-ħajja t-tifsir
Biex ħajti tkun imħabba fil-ġejjien
Illum li m’għadekx haw’
Nixtieq li int tkun taf
Il-ħsieb li qatt ma ntqal
Irrid…
Ngħidlek
Dak li hemm mistur ġo din il-qalb….
U nibqa’ rrid narak
Nisimgħek kemm nixtieq
Imqar fil-ħoss tar-riħ, f’żerniq
Ngħidlek, ngħidlek
Dak li ma stajt ngħidlek qatt
Ngħidlek
Serraħ rasek, orqod, strieħ fis-sliem
Għallimtni ngħix u nħobb u nkun li jien
Ngħidlek……. Inħobbok pa.
Id-Dieher
kliem: Augusto Cardinali
mużika: Augusto Cardinali
ikantaw: Graziana Axisa u Neville Refalo
Ġieli smajthom jgħidu, dari
Għall-quddies jilbsu l-għonella,
Xi maktur imkebbeb f’rashom
Jew inkella forsi xalla.
U l-irġiel libsu s-sidrija
Ma’ xi terħa u beritta.
Minn sinjur, b’surtun u tomna
Biex bid-dehra jiddelitta.
Imma ż-żmien biddel il-ħwejjeġ.
Minn li kien, fadal biss bċejjeċ.
U d-drawwiet
Biddlu d-dehriet!
Kulħadd għandu l-ħwejjeġ tiegħu.
Kulħadd għandu l-istil tiegħu.
Illi jagħmlu dak li hu.
W għandu dritt ta’ kulma hu.
Ħwejjeġ tiegħi jiġu lili.
Ma nlibbishom qatt lil ħadd.
Kulħadd jilbes li jidhirlu
U kulħadd jgħix ma’ kulħadd.
Rajt lil dak u ġġudikatju (Ippruvajt)
Skont l-ilbies li nilbes jiena. (Accettajt)
Smajt lill-ieħor jgħid x’ser jilbes
U jaħasra ġabli ħniena.
Ippruvajt lil dik inlibbes (Indunajt)
Dawk il-ħwejjeġ li lbist jiena. (Accettajt)
Ġiet tad-daħq! Xejn ma xerqulha!
U l-inkwiet nibet u fniena.
U ndunajt, li ħwejġi tiegħi.
Aċċettajt min ma jaqbilx miegħi.
U tgħallimt
U f’qalbi fhimt!
Kulħadd għandu l-ħwejjeġ tiegħu…
Kulħadd għandu l-ħwejjeġ tiegħu…
Bħal Tifla Żgħira
kliem: Rita Pace
mużika: Marco Debono
tkanta: Maria Cassar
Nieħu gost nitkellem miegħek
Għalkemm int ma tifhimnix
Lanqas biss tweġibni lura
Xi kultant ma tagħrafnix
Nieħu ħsiebek bħal tarbija
Waħdek ma taf tagħmel xejn
Kuljum naħslek, inbiddillek
Inżommok fuq wiċċ lidejn
U għalkemm ma tkunx trid tiekol
Jiena xorta nisfurzak
Nibża’ li tinsa xi ħaġa
Waħdek ma nistax nafdak
Bħattfal żgħar kuljum nitimgħek
Saħħa ftit għandek f’idejk
Kemm nixtieqek tlissen ismi
Imqar darba b’dawk xofftejk
Għax illum bħal tifla żgħira
Sirt għax għamel bik iż-żmien
U bħalma kont terfa’ lili
Illum qed nerfgħek jien
U nixtieq illi tifhimni
Meta ngħid xi nħoss għalik
Għax għalkemm inti lili nsejtni
Lilek jien qatt ma ninsik!
Jien niftakrek flaħjar tiegħek
Meta ma kont tegħja qatt
Kont irruħ ta’ dilfamilja
Dejjem tieħu ħsieb kulħadd
Niftakarni meta mbeżżgħa
Billejl niġi norqod ħdejk
Waqt xi maltempata għaddejja
Idejja kont iżżomm f’idejk
Kont tgħid li lħajja bħal ħolma
Kemm likrah u ssabiħ
Naħseb biss f’dak li hu tajjeb
U likrah malajr ninsieh
U nixtieq li wkoll din ħolma
U għad nistembħu aħna ttnejn
Nerġgħu lura għal li konna
Jerġgħu jiddu dawk lgħajnejn!
Iżda llum bħal tifla żgħira…
Iżda llum bħal tifla żgħira…
Taptipa fuq l-Ispallejn
kliem: Emil Calleja Bayliss
mużika: Pamela Bezzina
tkanta: Michela Dalli
Minn meta tifla ċkejkna
il-ktieb dejjem ħabbejt
tant jien kont nintilef
illi niekol ġieli nsejt…
… u fi stejjer qosra
tagħlima kont insib,
nipprova dejjem nifhem
ta’ ċkejkna bla stagħġib…
Kliem m’għandix biex nuri apprezzament
żgur minn qalbi dan ringrazzjament.
Taptipa lil dal-ħbieb fuq l-ispallejn
wasslulna l-messaġġ b’dawn il-kelmtejn,
b’xi poeżija, proża jew rakkont
daħħluna fl-ifjen sfond.
Taptipa għal dal-wirt fuq l-ispallejn
għax fl-għożża tiegħu kbirt,
issaħħart b’maġija ta’ dal-kliem
illi f’leħħa jiena qrajt mill-bidu sat-tmiem.
Bil-mod il-mod bdejt nikber
niskopri tant siltiet
illi kienu tfasslu
mill-qalb bl-egħżeż ħiliet…
Kliem m’għandix biex nuri apprezzament
żgur minn qalbi dan ringrazzjament.
Taptipa lil dal-ħbieb fuq l-ispallejn…
Taptipa għal dal-wirt fuq l-ispallejn…
Naħseb jien, xi ġmiel t’identità
għandna b’dil-kitba, kburija… b’umiltà.
“Fost l-ilsna kollha, ja lsien pajjiżi,
isbaħ u bħalek jien ma narax;
ruħi mingħajrek bħal fomm imbikkem
li jrid jitkellem u ma jistax” – ‘Ilsien Pajjjiżi’ ta’ Anastasju Cuschieri
Jekk xi wħud minnkom qegħdin hawn,
ktibt din l-għanja għalikom biex taraw,
li għad hawn nies bħali lilkom japprezzaw.
X’Se Jsir
Kantawtriċi : Corazón Mizzi
Mill-qoton issir qlejba għal tarbija tat-twelid
Mill-plastik brazzuletta roża marbuta mal-id
Miċ-ċraret tinħiet pupa, għajnejha biss buttun
Mill-karta ajruplan, mill-ġilda jsir ballun
Il-fidda u d-deheb jinħallu, isiru flus
U l-kaxxa li rmejt fit-triq saret kenn għal xi qattus
Mill-qamħ isir il-ħobż, mill-għeneb l-inbid
U siġra ssir pitazz, jew sett tas-sodda ġdid
Minna x’se jsir?
Mill-imħabba li akkumulajna tul is-snin
Tgħid tibqa’ jew ittir f’eternità li ma nifhmux
Jew daqt isirilna l-ħin?
Mir-ram issir ħabbata, jew strument tal-infiħ
U qlajja ssir verità jekk idawwarha r-riħ
Mill-ħadid isiru l-vireg għal min żbalja u qafluh
Jew min ġie bżonn l-għajnuna għax minn ġewwa muġugħ
Minna x’se jsir?
Mill-imħabba li akkumulajna tul is-snin…
Minna x’se jsir?
Mill-imħabba li akkumulajna tul is-snin…
Mill-bronz saret qanpiena tgħajtilna għall-quddies
L-irħam inqata’ u fuqu tnaqqxu l-ismijiet tan-nies
Jien Biss
kliem: Joe Julian Farrugia
mużika: Dominic Cini
tkanta: Dorcas
Dmiri mhux żgħir, nagħmlu minn qalbi
bla qatt iddejjaqt…
Iebes l-għajxien, ngħaddi kif nista’
u kull sold infaqt…
Ma jifhmunix, mhux dejjem faċli
ngħix il-ġurnata bla ħjiel tal-ġejjien…
Jaħsbuni wħud kollni kapriċċi
ma jafux min jien…
Jien l-omm u l-missier
il-kok, l-infermier
kulma jinqala’, kollox waħdi…
L-omm u l-missier
l-għalliema, x-xufier
jien biss għal uliedi, jien biss…
Ilsien in-nies dejjem jixlini
bla jaf il-passat…
Faċli jparlaw, moħħhom biss fija
jżidu fil-weġgħat…
Ma ntajjarhomx il-benefiċċji
dawk id-dritt tiegħi u qatt m’abbużajt
uliedi wkoll ħaqqhom trobbija
tajthom kulma stajt…
Jien l-omm u l-missier…
’L uliedi nixtieqhom jirnexxu
dawk żgur illi ħtija m’għandhomx
Se nibqa’ nissielet għalihom sat-tmiem
għalihom biss jien qed ngħix…
Jien l-omm u l-missier…
Xagħar Twil
kliem: Ingrid Vella
mużika: Mark Laurence Zammit
tkanta: Denise Spiteri
Waħdi nqalleb ir-ritratti
Nostalġija tal-passat:
L-ewwel darba għall-iskola
Xagħri malju u ppettnat.
Hawn ritratt kont qtajt il-frenża
Bla ma ommi kienet taf,
Kif bdejt nikber bqajt intawlu,
Qabel noħroġ nillixxah.
Kien jeħodli l-isbaħ siegħa
Sa ma nġibu lixx perfett,
Kont inħossni femminili
B’xagħri twil u mbagħad b’dublett,
Sa ma darba fuq l-investa
Bdew jaqgħuli trofof sħaħ,
Rasi mmiss u x-xagħar jiżżerżaq
Dmugħ iġelben għax kont naf…
Għalkemm nilbes xagħar ħaddieħor
Jekk tintebaħ, titnikkitx
Dak li nitlef jerġa’ jikber
… inkun tliftu għal ftit żmien
Iebsa kienet kif qaluli
Tgħidlix x’ġara dakinhar…
Kulma naf tabib kellimni
U sammarni b’dik l-aħbar.
L-għada sħabi kkonvinċewni
Xagħri naqtgħu stil qasir
Għax bir-raġġi li ordnawli
Jaqa’ x-xagħar fi żmien qasir.
Ħadt ritratt, għamilt il-make up
Min jaf hux tal-aħħar dan?
U bqajt sejr’ għand il-hairdresser,
Qaltli: “X’ħasra xagħar bħal dan…”
Mur għidilha kontra qalbi
U li għażla ma kellix,
Ftit jiem wara ratni nqaxxru
Dakinhar ma kellmitnix…
Għalkemm nilbes xagħar ħaddiehor…
Din tal-mera qatt ma rajtha,
Ma tixbaħni xejn u xejn,
Tidher vittma, tidher tbati,
Lanqas għandha mqar ħuġbejn!
Iss’hawn ġuvni jitbissimli…
Ħares lejja ġa darbtejn…
Min jaf jafx li dan mhux xagħri…
U li taħtu m’għandi xejn…
Ħadt iż-żmien biex aċċettejtha
Bis-sapport ta’ dawk li nħobb,
Li għenuni nibdel fehmti
Biex niġġieled dan l-intopp.
‘Ġa qed jikber u jisponta
Għadda wkoll dan l-eħrex żmien,
U bħal meta għadni tifla
L‑lejla naqta’ l-frenża jien.
Waħdi Miegħek
kliem: Ingrid Vella
mużika: Kaya
tkanta: Graziella Vella
Jitmelles il-mewġ, max-xtajta jitbewwes,
Riflessi tad-dwal jiżżellġu f’xulxin,
Fuq mejda għalina: inti u jiena,
Waqt ikla bejnietna għal żewġ maħbubin.
Waħdi… Miegħek…
Arani nħares lejk
Kellimni… Nisimgħek…
Agħtini mqar idejk
Ħallik minn dak il-mowbajl
Tibqax tgħix quddiem sceen
Għix issa dal-mumenti
Mumenti ta’ xulxin
Ħallik mir-ritratti tal-platt u s-sarvetta,
Bil-filters tirranġa l-kuluri tal-ħobż,
Tippostja lil sħabek li qatt ma ltqajt magħhom,
U magħhom tixxerja l-ħin tagħna t-tnejn.
Waħdi… Miegħek…
Nitbissmu għal stessu biex titfgħu dritt online
Ħa ngħoddu l-likes m’għand nies barranin
Ħa nkejlu s-suċċess tal-ikla bejnietna
Bejn żewġ maħbubin li online kull ħin.
Għax screen bi screen, aħjar bqajt id-dar
Bil-laptop int stajt issegwi aħjar
Għallinqas tkellimni, fuq twitter tpespisli
Tibgħatli l-messaġġi, billejl u bi nhar.
Waħdi miegħek.
Waħdi… Miegħek…
Waħdi… Miegħek…
Arani nħares lejk
Kellimni… Nisimgħek…
Agħtini mqar idejk
Waħdi…
Miegħek…
Waħdi…
Ir-Rebbieħa GħTP 2026
IR-REBBIEĦA TAL-50 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2026 fi Pjazza Teatru Rjal, [...]
Il-finalisti GħTP 2026
L-GĦANJA TAL-POPLU 2026IS-SIBT 1 TA' AWWISSU FID-20:45ĠEWWA PJAZZA TEATRU RJALBIS-SEHEM TAL-MALTA CONCERT ORCHESTRABILJETTI MINN TICKETLINE.COM.MT [...]
Is-Semifinalisti GħTP 2026
Il-Kanzunetti Semifinalisti 2026 Ġew sottomessi 130 kanzunetta għall-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Minnhom, ġurija magħmula minn ħames membri għażlet 42 [...]
Regolamenti GħTP 2026
Informazzjoni għall-artisti tal-kanzunetta Maltija Il-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu 2026 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta [...]
Ir-Rebbieħa GħTP 2025
IR-REBBIEĦA TAD-49 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il [...]
Il-Parteċipanti GħTP 2025
Booking minn Ticketline.com.mt L-GĦANJA TAL-POPLU 2025 Il-kantanti finalisti flimkien mal-Malta Concert Orchestra qed jagħmlu [...]
Il-Finalisti 2025
Il-Kanzunetti Finalisti tad-49 EdizzjoniL-GĦANJA TAL-POPLU 2025 Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2025 saret is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Mejju. B’kollox ikkonkorrew [...]
Is-Semifinalisti GħTP 2025
Il-Kanzunetti Semifinalisti 2025 Għad-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2025, ġew sottomessi 124 kanzunetta. Minnhom, ġurija magħmula minn ħames membri għażlet 40 [...]
Ħarġu r-Regolamenti 2025
| Regolamenti 2025 | Applikazzjoni 2025 | Sejħa lill-Artisti : Ħu sehem f' L-Għanja tal-Poplu 2025 L-Għanja tal-Poplu huwa ċelebrazzjoni tal-lingwa u [...]
Ir-Rebbieħa GħTP 2024
IR-REBBIEĦA TAT-48 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta [...]
Is-Serata Finali GħTP 2024
L-Għanja tal-Poplu 2024 L-Ordni tal-Kanzunetti fis-Serata Finali 01. Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella) 02. Daqqa ta’ [...]
Jintgħażlu l-Finalisti GħTP 2024
L-GĦANJA TAL-POPLU 2024 Jintgħażlu l-Finalisti tat-48 Edizzjoni Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2024 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew 120 kanzunetta [...]
Is-Semifinalisti GħTP 2024
Il-Kanzunetti Semifinalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 (It-48 Edizzzjoni) B’kollox ġew sottomessi 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – [...]
Ippublikati r-Regolamenti 2024
KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni [...]
Kanzunetti GħTP-2022
Il-album L-Għanja tal-Poplu 2023 jinsab fuq ħafna pjattaformi mużikali oħra.
Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2023
Ir-Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra taħt [...]
Tittella’ L-Ordni tal-Kanzunetti Finalisti
BILJETT/I GĦAL L-GĦANJA TAL-POPLU PRESS RELEASE L-GĦANJA TAL-POPLU Is-47 Edizzjoni (2023) Tittella’ l-ordni tal-kanzunetti finalisti [...]
Il-Finalisti GħTP 2023
Il-Finalisti ta' L-Għanja tal-Poplu 2023 (Is-47 edizzzjoni) Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2023 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew [...]
Is-Semifinalisti 2023
Il-Kanzunetti Semifinalisti ta' L-Għanja tal-Poplu 2023 (Is-47 Edizzzjoni) B’kollox ġew sottomessi 142 kanzunetta għas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn [...]
Ħu Sehem fl-Għanja tal-Poplu
Għeżież awturi u kompożituri, Bi pjaċir inħabbru is-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fil-5 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem [...]
Il-50 Anniversarju
Ċelebrazzjoni tal-50 sena mill-bidu tal-festival fl-1973. Bi pjaċir nistednukom tingħaqdu magħna għall-avveniment L-Għanja tal-Poplu - Leħen il-Maltin (1973-2023) nhar il-Ħamis 30 ta’ Marzu [...]
Kanzunetti GħTP-2022
L-Għanja tal-Poplu 2022 (Is-46 Edizzjoni) tinsab wkoll fuq ħafna platforms mużikali oħra. [...]
Kif Torganizza Event
Kors ta’ taħriġ għall-membri tal-Għanja tal-Poplu u Għaqdiet Volontarji Maltin L-Għaqda L-Għanja tal-Poplu qed toffri kors ta’ taħriġ fejn dawk li jattendu jitgħallmu [...]
Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2022
L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe [...]
Update – L-Għanja tal-Poplu 2022
L-GĦANJA TAL-POPLU 2022 (Is-46 Edizzjoni) Is-serata finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022 se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem [...]
Finalisti 2022
Il-Finalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2022 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. Il-membri tal-ġurija semgħu 40 [...]
Semifinalisti-2022
Is-Semifinalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP B’kollox ġew sottomessi 131 kanzunetta għas-46 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn [...]
Applikazzjonijiet 2022
L-Applikazzjonijiet Jinsabu MagħluqaInfakkru li l-applikazzjonijiet għal L-Għanja tal-Poplu 2022 huma miftuħin sat-18 ta’ Marzu. L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu online sat-18 ta' Marzu 10pm . (Ara [...]
Webinar 2022
Webinar 2022 għall-Artisti tal-kanzunetta Maltija nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar mis-6 pm sas-7.30 pm. Dan il-webinar miftuħ għal dawk kollha li għandhom għal [...]
L-Għanja tal-Poplu 2022
Is-46 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu se tittella' fi Pjazza Teatru Rjal nhar is-Sibt 30 ta' Lulju 2022 bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt it-tmexxija ta' [...]
Update –Lejn is-46 Edizzjoni
Minkejja d-diffikultajiet li qalgħet il-pandemija, il-kumitat organizzattiv xorta tella' l-45 edizzjoni tal-festival nhar is-Sibt 7 ta' Awwissu 2021. Il-palk ta' Pjazza Teatru Rjal [...]
Sapport
Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu ta’ kull sena jtella’ festival ta’ kanzunetti oriġinali b’messaġġi relevanti għalina il-Maltin. Ħafna mill-fondi tagħna jiġu mill-attendenza għall-festival. Minkejja [...]
Premjijiet GhTP 2021
IR-REBBIEĦA TAL-45 EDIZZJONI TA' L-GĦANJA TAL-POPLU Festival Tal-Kanzunetta Maltija L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt [...]
Kompettizzjoni Semmi3
Isma' l-kanzunetti fuq soundcloud jew ara l-videos fuq facebookSemmi l-kanzunetti li se jikklasiffikaw fl-ewwel tliet postijiet fl-Għanja tal-Poplu 2021Semmi3 rebbieħa u tista' tirbaħ [...]
Il-Kanzunetti Finalisti fl-Ordni Li Se Jitkantaw
Titħabbar l-ordni tal-kanzunetti finalisti ta’ L-GĦANJA TAL-POPLU 2021 L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se jittella’ nhar is-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru [...]
Il-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021
Jintgħażlu l-kanzunetti finalisti tal-45 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu Il-membri tal-ġurija fil-fażi tas-semifinali semgħu l-40 kanzunetta magħżula minn 178 kanzunetta. Il-ħames ġurati taw il-ġudizzju [...]
Is-Semifinalisti GħTP 2021 (Il-45 Edizzjoni)
IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2021 - Il-45 Edizzjoni B’kollox ġew sottomessi 178 kanzunetta għall-45 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn, [...]
Konkorrenza Qawwija għal L-Għanja tal-Poplu 2021
Konkorrenza qawwija għall-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Il-Kumitat ta’ L-Għanja tal-Poplu jirringrazzja lill-artisti tal-kanzunetta Maltija għall-interess kbir fil-festival hekk kif b’kollox intlaqgħu 178 kanzunetta [...]
Mistoqsijiet Frekwenti – Dwar GħTP 2021
Mistoqsijiet Frekwenti - Dwar GħTP 2021 M: Bir-regolamenti l-ġodda tas-saħħa, xorta se jsir il-festival? T: Il-pjan hu li l-festival jittella' fis-7 ta’ Awwisu bis-sehem [...]
WEBINAR 11-02-21 6PM
Your Content Goes Here Il-45 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija se tittella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021 fi [...]
Segwi L-Għanja tal-Poplu 2020
L-Għanja tal-Poplu 2020 Fuq TVM nhar il-Ġimgħa 11 ta' Settembru fit-8.30 pm. L-Għanja tal-Poplu baqa’ jgawdi dak l-ispirtu ta’ ħbiberija, [...]
Biex Inkantaw Kif Nitkellmu
LEJN IL-KANZUNETTA MALTIJA AKTAR MALTIJA Noħolqu kant fuq it-tonalità ta’ kif nitkellmu Jikteb: JOE C AQUILINA Hawn jien, ftit xhur ’il bogħod milli [...]
Jitħabbru l-Finalisti GĦTP 2020
IL-FINALISTI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU (44 EDIZZJONI) Tħabbru s-sittax-il kanzunetta finalista tal-44 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Din is-sena, il-finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 ser tkun [...]
Is-Semifinalisti GĦTP 2020
IL-KANZUNETTI SEMIFINALISTI GħTP 2020 B’kollox ġew sottomessi 80 kanzunetta għall-44 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu. Il-ġurija għażlet l-40 kanzunetta semifinalista li ser jinstemgħu minn [...]
Applika Online sa l-1 ta’ Lulju 2020
Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-44 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu jemmen fil-ħila tal-awturi, kompożituri u l-gruppi mużikali Maltin. Minkejja s-sitwazzjoni preżenti ma qatax [...]
NEWS GħTP
Stqarrija għall-Istampa minn L-Għanja tal-Poplu Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-44 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija It-tim organizzattiv tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, [...]
Estensjoni – Data tas-Sottomissjoni
Avviż mill-Għanja tal-Poplu: Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, id-data tas-sottomissjonijiet tal-kanzunetti se tiġi estiża u mħabbra aktar ’il quddiem. Il-Kumitat [...]
L-Għanja tal-Poplu 2019 Playlist
L-43 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu 2019 [...]
L-ordni kif ser ikantaw il-finalisti
L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija - 43 Edizzjoni (2019) << Booking minn www.kultura.mt >> L-Ordni kif kif ser jitkantaw is-sittax-il kanzunetta finalista [...]
Parteteċipanti – L-GĦANJA TAL-POPLU 2019
L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija 43 Edizzjoni – 2019 Is-sittax-il kanzunetta finalista Bejn L-Erba' Ħitan - Kayley Cuschieri (Alexander Ellul, Mark Spiteri [...]
Il-Kanzunetti Semi-Finalisti 2019
IL-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI GħTP 2019 B’kollox ġew sottomessi 111-il kanzunetta għat-43 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija [...]
L-applikazzjonijiet Jintlaqgħu t-Tlieta 21 ta’ Mejju,
L-43 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal- Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ser tittella' s-Sibt 31 ta' Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert [...]
Fl-Opinjoni Tieghek GħTP-2019
https://www.surveymonkey.com/r/SYCBKM7 Napprezzaw jekk timla' l-kwestjonarju. Jieħu 3 minuti biss biex timliħ.
Is-Semi Finalisti GħTP-Ż 2019
L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ 2019 Kanzunetti u Kantanti Semi-Finalisti (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta) Isem Kanzunetta Kantant/a Bla Ma Rrid Emma Cutajar [...]
Press Release: GħTP-Żagħżagħ 2019
Il-ħames edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ ser tittella’ il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2019 fit-teatru tal-kulleġġ San Benedittu Ħal Kirkop. Bħas-sena [...]
Ir-Rebbieħa L-Għanja Tal-Poplu 2018
Press Release IR-REBBIEĦA TAT-42 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU Festival tal-Kanzunetta Maltija Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2018 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza Teatru Rjal [...]
Dominic u Ina – Lil Din L-Art Ħelwa
Dominic u Ina Dominic u Ina huma koppja mizzewga b’tifel ta’ 9 snin jismu Ainsley. Ilhom snin twal fil-karriera tal-kant [...]
Alan Casha – L-Immigrant
Alan Casha Alan Casha mwieled ir-Rabat Għawdex fis-26 t’Ottubru 1991. Alan hu mużiċist u kant-awtur. Alan sab il-passjoni fil-mużika minn [...]
Mark Cachia – L-Aħħar Żifna
Mark Cachia Mark Cachia (twieled fit-12 ta` Diċembru 1982) beda jistudja l-mużika fl-eta` ta` 6 snin fejn speċjailżża fil-pjanu. Hu kompla [...]
Michela Galea – Mhux Kull Ma Jleqq Deheb
Michela Galea T’eta tenera mmens, Michela għamlet ħoss kbir fix-xena tal-mużika lokali, u rebħet edizzjoni speċjali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza lura [...]
F’Ilsien In-Nies
Dario u Grecia Bezzina Dario u Grecia Bezzina bdew jistudjaw il-mużika u l-kant minn eta’ tenera għand il-kantanta mamis Doreen [...]
Lydon Incrovaja – Weghedni
Lydon Incorvaja Lydon Incorvaja twieled fil 11 ta Awissu fl 1996 u jghix gewwa il lokalita tal gzira. Huwa kantant, [...]
Hadd Ma Jaf Xi Jrid
JAMM Band JAMM Band hija band versatili li ddoqq ħafna stili differenti ta’ mużika. Din il-band hija mibnija minn ħames membri, li l-maġġor parti mill-Mellieha. Ġiet iffurmata [...]
Rita Pace – Bis-Serqa
Rita Pace Rita Pace hija kantawtriċi li tikteb kemm għaliha u għal kantanti oħrajn. Hija ħadet sehem fil-diversi festivals bħala [...]
Dwett – Mhux Kif Ħsibt
Dwett L-ilħna wara Dwett huma ta’ Cherylis u Mikhail, żewġ kantanti solisti li lura fis-sena 2014 ġiethom l-idea li jibdew [...]
Monica Said – Anamika
Monika Said Monica Said hija kantanta ta’ għoxrin sena, mill-Munxar Għawdex. Ilha tkanta minn mindu kellha tlettax-il sena, u minn [...]
Neville (Neville Refalo)
Neville (Neville Refalo) Neville beda l-karriera tiegħu 16-il sena ilu taħt it-tagħlim tal-Maestro lokali Bryan Cefai. Ħa sehem f’diversi festivals [...]
Krista Spiteri Lucas – Fjuri tal-Karti
Krista Spiteri Lucas Krista Spiteri Lucas twieldet fit-22 ta” Marzu, 2001 u tattendi skola fil-livell post sekondarju. Joghgbuha s-suggetti relatati [...]
Cain – Min Aħna?
Cain Cain Portelli, twieled fil-15 ta’Novembru 2001, skopra l-imhabba għall-mużika ta meta kellu biss erba’ snin. Beda jkanta still pop [...]
Charlene – Nistenniek
Charlene Charlene għandha 33 sena u minn meta kienet żgħira il-ħolma tagħha kienet li tkanta – ħolma li dejjem żammet [...]
Philip Vella – Allura
Philip Vella Philip Vella hu wiehed mill kantanti popolari mal Maltin ghall kanzunetti tieghu bhal X’Jimpurtani, Marija, Kemm jien Bezzul [...]
Ruth Portelli
Ruth Portelli Mill-gżira Għawdxija, Ruth Portelli forsi hija kemm isem u wiċċ ġdid għal ħafna għaliex mhux waħda li tiffrekwenta [...]
Il-Kanzunetti Finalisti- Tittella’ l-Polza
Click edit button t Fl-1 ta’ Settembru t-42 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija It-tnejn u erbgħin edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ is-Sibt [...]
Jiftaħ il-Booking
Ibbukja issa minn: ticketline.com.mt Biljetti early bird , €10 (flok €15) L-offerta validda sal-10 t'Awwissu
Finalisti 2018
Jitħabbru l-finalisti tat-42 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella’ s-Sibt l-1 ta’ Settembru fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta [...]
JINTGĦAŻLU L-KANZUNETTI SEMI-FINALISTI
B’kollox ġew sottomessi 137 kanzunetta għat-42 Edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija . Il-kanzunetti instemgħu kollha minn ġurija magħmula minn ħames [...]
L-APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU FIT-22 TA’ MEJJU
L-GĦANJA TAL-POPLU FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA It-42 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella’ fl-1 ta’ Settembru 2018. Dan hu [...]
Festival li jinkoraġixxi l-liberta’ tal-espressjoni
Laqgħa informattiva dwar L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija fi Project House, il-Furjana Il-festival L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ser jittella' [...]
Laqgħa informattiva 13 t’April 2018
Laqgħa Informattiva 13 ta’ April 2018 Stedina għall-artisti tal-kanzunetta Maltija. Għadna kif ħabbarna r-regolamenti tat-42 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta [...]
L-GĦANJA TAL-POPLU – UPDATE 3
Update 3 - Il-Kanzunetti ser jintlaqghu nhar it-Tlieta 22 ta' Mejju 2018 L-Ghanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija 42 Edizzjoni - 2018 [...]
L-Għanja tal-Poplu 2018 – Update 2
Il-Festival fl-1 ta' Settembru u l-kanzunetti jintlaqgħu f'nofs Mejju. Wasalna biex nippublikaw ir-regolamenti ta’ dan il-festival li ser jkunu jixbħu lil dawk [...]
L-Għanja tal-Poplu – 42 Edizzjoni (Update)
Messaġġ lill-parteċipanti : Issa li għadda l-festival taż-Żgħażagħ twettaq b'suċċess inħarsu 'l quddiem b'antiċpazzjoni għal-festival L-Għanja tal-Poplu Festival tal-Kanzunetta Maltija. Qed nippreparaw [...]
Ir-Rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018
L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018 ir-Rebbieħa PRESS RELEASE L-Għanja tal-Poplu – Zgħażagħ 2018 ittella’ fit-tmiem il-ġimgħa, (il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018), fit-Teatru [...]
Booking L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ
Ibbukja hawn : Fil-għodu għall-iskejjel 10am Filgħaxija għall-publiku 7.30pm RAPREŻENTAZZJONI GĦALL-ISTUDENTI Form 1 sa Form 5 il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2018, mill-10:00 sa 11:45 [...]
Fetaħ il-Booking
Min jixtieq jattendi l-festival għax il-biljetti minn ticketline.com.mt huma limatati.
Jiltaqgħu il-Finalisti
L-Għanja tal-Poplu - Żgħażagħ, fit-2 ta’ Marzu Il-Finalisti jiltaqgħu fil-Palazz Verdala Charisse Ann Vassallo, Martina Galea Loffreda,Thea Aquilina, Ilenia Camilleri, Rachel Lowell,Aidan [...]
Tittella’ il-Polza GħTP-Ż
Kanzunetta Kantant/a/i 1 Kliem Eliana Gomez Blanco 2 Manikin Luana Schembri 3 Ħmistax Thea Gauci 4 Triq Oħra Ilenia Camilleri 5 [...]
Finalisti Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ
Jitħabbru l-Finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018 Dawn huma il-kanzunetti finalisti li ntgħażlu minn ġurija wara li nstemgħu lajv waqt semi-finali nhar is-Sibt [...]
Is-semi-finalisti għall-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ 2018
It-tletin kanzunetta li daħlu għall-fażi semi-finali: Kanzunetta Kantant/a Bla Isem Bla Kunjom Bradley DeBono Ċippitatu Elisa Muscat Dwell Eliana Gomez Blanco [...]
Preżentazzjoni ta’ Teżi lill-Għanja tal-Poplu
George Cassar għadu kif temm b'suċċess il-kors ta' B.A. (Unuri) fil-Malti. Huwa ppreżenta kopja tat-teżi tiegħu lill-għaqda tal-Għanja tal-Poplu. It-teżi ta’ George [...]
L-GĦANJA TAL-POPLU – Żgħażagħ
L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu fit 2 ta' Novembru 2017; Nofs Novembru jitħabru it-30 semi-finalista; Bidu ta' Diċembru jintagħżlu l-finalisti; il-Ġimgħa 2 ta' Marzu [...]
Applikazzjonijiet għall-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ (4 Edizzjoni)
L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ huwa festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti interpretati miż-żgħażagħ u akkumpanjati live. Ir-raba' edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu - Żgħażagħ hu organizzat mill-kumitat L-Għanja tal-Poplu [...]
Kunċert minn Walter Micallef f’Jum Malta ġewwa Berlin
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA Kunċert minn Walter Micallef f'Jum Malta ġewwa Berlin Jum Malta fil-Ġermanja ġie ċelebrat fid-19 ta’ Settembru fl-ambaxxata Maltija f’Berlin taħt [...]
Ir-Rebbieħa tal-41 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu
PRESS RELEASE IR-REBBIEĦA TAL-41 EDIZZJONI TAL-GĦANJA TAL-POPLU Festival tal-Kanzunetta Maltija Il-kanzunetta rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2017 – Festival tal-Kanzunetta Maltija li sar ġewwa Pjazza [...]
Finalisti 2017
Kanzunetti Finalisti 2017 L-Ghanja tal-Poplu, Is-Sibt 2 ta' Settembru 2017, 20.30. Biljetti €10 minn ticketline.com.mt
Tnedija 41 Edizzjoni L-Għanja tal-Poplu
http://www.tvm.com.mt/mt/news/festival-bi-18-il-kanzunetta-maltija-li-jinkoragixxi-l-liberta-tal-espressjoni/
Jitħabbru l-Finalisti – L-Għanja tal-Poplu (41 Edizzjoni)
Il-festival qed jittella’ mill-Għanja tal-Poplu fllimkien ma' Pjazza Teatru Rjal, b’kollaborazzjoni ma’ L-Akkademja tal-Malti . L-Għanja tal-Poplu hi megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti [...]
Jitħabbru it-48 Kanzunetta Semi-Finalista
Għall-fażi eliminatorja tal-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija daħlu 131 kanzunetta. Minnhom għaddew 48 għas-semi finali. It-tieni eliminatorja li kellha ssir fil-bidu ta’ [...]
Regolamenti 2017
Il‑kanzunetti jintlaqgħu fl‑uffiċċju tal‑Għanja tal‑Poplu, 227 Triq il‑Merkanti, il‑Belt, nhar Il-Ħamis 11 ta’ Mejju 2017 , mill-10:30–12:00 u mis-18:00 sad-21:00 L-eliminatorji pjanati għall-1, 2 [...]
Waslet il-41 Edizzjoni
Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu iħeġġeġ lill-awturi, kompożituri, gruppi u kantawturi tal-kanzunetta Maltija jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-festival L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Id-data ta’ [...]
FORUM 14 u 21 ta’ Jannar
Alfred C. Sant - Ħsieb profond fuq Lanċa Ġejja u L-Oħra Sejra Trevor Zahra - waqt il-Forum - Orizzonti Ġodda [...]
Staff
Sejħa għall-applikazzjonijiet Xogħol – Part-Time – Festival Production Manager mal-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu, permezz tal-Cultural Partnership Agreement mal-Kunsill Malti għall-Arti Din is-sejħa għalqet ( [...]
Sunny Aquilina
Sunny Aquilina twieled Bormla, il-Belt Cospicua minn Elizabeth, xebba Gauci, u Emmanuel Aquilina nhar l-1 t’April, 1946. Huwa l-kbir fost disa’ ulied. Ħa [...]
Lirika (40Ed)
Ta’ Billejl kliem: Paul Ellul mużika: Mark Spiteri Lucas ikanta: Neville Refalo Sarli l-ħin biex immur naħdem, jien illum ix-xift tal-lejl, il-jiem tiegħi saru [...]
**BILJETTI GĦALL-40 Edizzjoni**
[IXTRI BILJETTI] MILL-KAVALLIER TA’ SAN ĠAKBU SERATA SEMI-FINALI – IL-ĦAMIS 7 TA’ LULJU (€8) ; SERATA FINALI - IS-SIBT 9 TA’ LULJU (€12) PREZZ [...]
Il-Finalisti tal-40 Edizzjoni
Jitħabbru il-kanzunetti finalisti L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed) Dawn huma it-18 il-kanzunetti finalisti f'ordni alfabetika ta' L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta [...]
It-Tieni Fażi tal-Għażla
L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija (40 Ed) Wara li l-għażla tal-40 kanzunetta, il-kanzunetti finalisti mistennija jkunu magħżula din il-Ġimgħa, u jitħabbru fl-aħħar tal-week-end [...]
L-ewwel Fażi tal-Għażla
Il-Kanzunetti finalisti mistennija jitħabbru din il-Ġimgħa. L-Għanja tal-Poplu - Festival tal- Kanzunetta Maltija. Wara li ntagħżlu 40 [...]
Klabb Ghanja
Jekk trid tinzamm infurmat dwar il-festival u tkun minn ta' l-ewwel li tkun mistieden għall-attivitiajiet inkiteb fi Klabb Ghanjafest. Trofew - L-Għanja tal-Poplu [...]
Il-kanzunetti jintlaqgħu it-Tlieta 19 t’April 2016
L-awturi u kompozituri tal-kanzunetta Maltija mistiedna jissottomettu kanzunetti ghall-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija li ser jittella' fi Pjazza Teatru Rjal fis-7 u fid-9 [...]
Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb
L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija L-40 Edizzjoni Laqgħa informattiva għall-parteċipanti u ħbieb Min jixtieq jattendi jiktbilna hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/ tirċievi konfermaPost Kavallier ta' San [...]
Kummenti tal-Ġurija 31 ta’ Jannar 2015.
Kummenti u suġġerimenti mingħand it-tieni ġurija tad-39 edizzjoni miġbura minn Josephine Ebejer Grech. L-ewwel Ġurat Hawn materjal validu. Hemm ukoll xewqa li ninterpretaw il-ħajja [...]
Laqgħa fi Spazju Kreattiv 9/3/16
Laqghainformattivanharl-Erbgħa 9 ta' Marzu fis-6.00 fi Studjo B fi SpazjuKreattiv il-Belt, dwarL-Għanjatal-Poplu - Festival tal-KanzunettaMaltija Ikbilna li tixtieq tattendi hawn http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/
L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija
http://www.ghanjafest.com/l%E2%80%91ghanja-tal%E2%80%91poplu-festival-tal%E2%80%91kanzunetta-maltija/
Manwel Mifsud dwar il-Kanzunetta bl-ilsien Malti
intervistat minn Michael Bugeja X'tgħid dwar Il-qawmien li kien hemm dawn l-aħħar snin fl-użu tal-ilsien Malti minn gruppi żgħażagħ fi sfond ta' mużika kontemporanja (vs [...]
L-Għanja tal-Poplu – Tnedija ser issir fi Frar
Wara numru ta' żviluppi ġodda u nteressanti li saru tul dawn l-aħħar jiem il-Festival tal-Għanja tal-Poplu ser jieħu xejra ġdida. Qegħdin naħdmu biex flimkien [...]
L-Għanja tal-Poplu < l-40 Edizzjoni >
L-Għanja tal-Poplu għandu jieħu żvolta' ġdida hekk kif id-diriġenti tal-festival għamlu ftehim ta' kollaborazzjoni maċ-Ċentru għall-Kreattivita'. It-Tnedija tal-40 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu mistennija ssir fi [...]
L-40 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu
Għalkemm pajjiżna hu pajjiż żgħir, hu għandu identita’ sħiħa fil-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-ħajja; u xejn inqas fil-qasam mużikali. Il-pajjiż wiret u qed jitħabat li [...]
Music brings us together in celebration
Music brings us together in celebration Lorem ipsum dolor sit ets amet, consectetur adipiscing elit sed do eiusmod tempor incididunt ut labore et [...]
How do you give back to others?
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim.
Is space travel a religious matter?
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim.
8 beautiful cathedrals explored
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim.
Tribute paid to victims of the earthquake
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Faith is like a loving parent when you need it most
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Annual summer camp gets underway
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
10 examples of where charity changed everything
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
What challenges face a family who lives by faith?
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Record numbers of food banks open each month
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Church raises money with social media
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Community reaches out and helps others
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Growing a family the right way is challenging
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
GħTP 2015 Play List
[soundcloud url="https://api.soundcloud.com/playlists/89374209" params="color=ff5500&auto_play=false&hide_related=false&show_comments=true&show_user=true&show_reposts=false" width="100%" height="750" iframe="true" /] Group Photo L-Għanja tal-Poplu 2015
L-Għanja tal-Poplu 2015
L-Għanja tal-Poplu 2015 (39 Ed) Festival ta' Kanzunetti Oriġinali bil-Malti Is-Sibt 21 ta' Marzu 2015 fis-7.30pm Biljetti minn €10 u €8 minn <<<hawn>>> Il-Festival [...]
Ordni kif ser jiġu ppreżentati l-kanzunetti
L-Għanja tal-Poplu 2015 (39 Ed) Biljetti ser ikunu għall-Bejgħ minn St James Cavallier jew mill-Website. Irriżerva Biljetti Kanzunetta – Kantant/a/i (Kliem, Mużika) 01 L-Għawdxija – [...]
Il-finalisti jibdew jippreparaw
Laqgħa għall-contact persons u għall-kantanti prinċipali fil-premises quddiem il-YTC - Hope, Faith and Charity bi preparazzjoni għad-39 Edizzjoni ta' dan il-festival. Nhar l-Erbgħa 11 [...]
Jibda ‘Mill-Għanja tal-Poplu’ fuq RM2
Podcast - Mill-Għanja tal-Poplu nike air dt max Produzzjoni u prezentazzjoni: Tony Micallef . Kanzunetti mill-Għanja tal-Poplu u intervisti ma' bosta personalitajiet marbuta mal-kanzunetta [...]
Kanzunetti Rebbieħa
2014 Jien ma Naħdimx, Kl: Rita Pace Muż: Mark Scicluna 2013 Hawn Siġġu Nieqes, Kl: Paul Ellul, Muż: Mark Spiteri Lucas 2012 Malta Tiegħi, [...]
2012
http://www.youtube.com/playlist?list=PLAF617A643F8B2340
L-Għanja tal-Poplu qed jittella’ b’kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.

















































































































