Aħbarijiet
Ara_W_Isma’
Mużika
Artisti
2015
Ideat

NEWS

Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2022

July 31st, 2022|

L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe Brown. Il-festival ixxandar live fuq TVM bil-preżentazzjoni ta’ Valerie Vella. Għal dan il-festival daħlu 131 kanzunetta.

Ir-Rebbieħa

Il-kanzunetta ‘Fil-Kexxun’ interpretata minn Alexia Micallef fuq kliem u mużika ta’ Lon Kirkop rebħet it-titlu ta’L-Għanja tal-Poplu2022. Il-kanzunetta rebbieħa titkellem fuq diffikultajiet li jgħaddu minnhom individwi li għandhom l-anoressija filwaqt li tagħtihom tama li din il-kundizzjoni tista’ tingħeleb. Alexia Micallef rebħet ukoll il-premju Enzo Gusman għall-aħjar interpretazzjoni.
Il-kanzunetta ‘Ismi’ kantata minn Marija Bellia, fuq kliem u mużika ta’ Iona Dalli u Marija Bellia, ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Il-kanzunetta hija mnebbħa mill-istupru u l-qtil brutali ta’ Paulina Maria Dembska fil-bidu ta’ din is-sena u tittratta l-femiċidju, l-abbuż domestiku, l-istupru, u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-biża’ li kontinwament tgħix fih il-mara fis-soċjetà. Marija Bellia ħadet ukoll il-premju għall-aħjar kantawtur.
Il-grupp MARA rebaħ it-tielet post bil-kanzunetta ‘Ħelu Manna’, miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’mużika ta’ Philip Vella. Il-kanzunetta titkellem dwar il-ħlewwa tan-nanniet li ħafna minna kellhom ix-xorti li jesperjenzawha u jgawduha.

Il-premju għall-aħjar tema soċjali mar għand Joe Julian Farrugia bil-kanzunetta ‘Mr X’ interpretata minn Philip Vella. Din il-kanzunetta hija mnebbħa minn każ riċenti f’pajjiżna meta xi ħadd kien irrappurtat mitluf, bla ħadd ma kien jaf x’jismu. Fil-fatt laqqmuh Mr X. Wara ħafna kummenti u tgħajjir fuq Facebook, instab li dan kien diġà miet.

Il-kumitat ta’ L-Għanja tal-Poplu ppreżenta l-premju L-Għanja Li Tibqa’ lil Tony Camilleri L-Għannej għall-kontribut fit-tul li ta lill-kanzunetta Maltija. Tony Camilleri interpreta medley li kienet tinkludi ‘L-Għannej’, ‘Rajt Ma Rajtx, Smajt Ma Smajtx’ u ‘Fit-Tieġ tan-Neputija.

Valerie Vella ppreżentat il-festival.

L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Kanzunetti GħTP-2022

L-Għanja tal-Poplu 2022 (Is-46 Edizzjoni) tinsab wkoll fuq ħafna platforms mużikali oħra. [...]

Update – L-Għanja tal-Poplu 2022

L-GĦANJA TAL-POPLU 2022 (Is-46 Edizzjoni) Is-serata finali ta’ L-Għanja tal-Poplu 2022 se ssir nhar is-Sibt 30 ta’ Lulju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem [...]

Finalisti 2022

Il-Finalisti tas-46 Edizzjoni tal-GħTP Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2022 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. Il-membri tal-ġurija semgħu 40 [...]

Publikazzjonijiet

.

Ixtri is-CD ta;-45 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu.

Tista’ tordna biex tasallek bil-posta €12

Jew tixtriha dirrettament mill-YTC – 227 Triq il-Merkanti Valletta, matul il-ġimgħa filghodu. YTC Tel 79792040

USB – Tajba hafna biex iddoqq il-kanzunetti permezz tal-kompjuter jew fil-karozza.

USB pendreive 32 Gb u kaxxa fejn terfa l-USB. Għanjda hafna spazju fejn izzid gheluf ta’ kanzunetti favoriti tiegħek.

USB + posta bl-edizjjonijiet 2021, 2020 – €16
USB + posta bl-edizzjonijiet 2000 sa 2021 – €25
USB + posta bl-edizzjonijiet 1995 sa 2021 – €35

Jekk tixtieq tagħmel donazzjoni jew tirriklama waqt il-festival iktbilna fl-email ghanjatalpoplu@gmail.com