X'Affarijiet Dawn

Kliem: Edward Briffa
Mużika: Enzo Gusman
Ikanta: Enzo Gusman
Isma' l-kanzunetta:

Kważi f'kull pajjiż tad-dinja fdalijiet antiki ssib
kastelli, torrijiet, ħitan u tempji ta' kull tip
ukoll fil-gżejjer tagħna li m'humiex ħlief tikek żgħar
mhux biss issib dan kollu... imma x'min daqqiet aħjar.

Mhux ħafna 'l bogħod mill-Qrendi... Ħaġar Qim u Mnajdra ssib
żewġ tempji kbar tal-qedem li jġegħluk trodd is-salib
biex bnew dal-ġganti mqades ma nafux x'għodda użaw
u l-Guinness Book of Records jgħid li l-eqdem huma dawn!

X'affarijiet dawn X'affarijiet dawn
M'aħniex ħlief biċċtejn blat li f'wiċċ il-baħar tfaċċaw
X'affarijiet dawn! X'affarijiet dawn!
Bħall-gżejjer Maltin kif jista' jkun hawn!!
X'affarijiet dawn!

Tiskanta kif missirijietna... imxew tant 'il quddiem
Illum fis-sena elfejn... ħadd ma jaf 'il fejn sejrin
min jgħid nidħlu fl-Ewropa... min jgħid "LE" ma jaqblilniex
bil-kant ilna li dħalna... u għal ftit l-ewwel ma rbaħniex!!

M'għandniex fuq xiex naħilfu... madankollu mkabbrin
u sirna nifhmu f'kollox fuq kull radju u f'kull ħin.
Mur ġibna nsibu ż-żejt... kif lil kulħadd naraw dubbien
bejnietna ġa niġġieldu... aħseb u ara mal-ġirien!

X'affarijiet dawn X'affarijiet dawn
M'aħniex ħlief biċċtejn blat li f'wiċċ il-baħar tfaċċaw
X'affarijiet dawn! X'affarijiet dawn!
Bħall-gżejjer Maltin kif jista' jkun hawn!!
X'affarijiet dawn!

Xemx għandna kemm irridu tiddi fuq il-ħmieġ u d-dejn
sistemi sbieħ tat-taxxa jinfiltrawlna kull sentejn
għax tagħna dejjem tajjeb... ta' l-oħrajn dejjem ħażin
u kollox lesti nbiddlu... jħallas Ċikku ċ-ċittadin!!

Waħħalna multi iebsa 'l min jipparkja kif ġie ġie
u qabel spiċċa s-seklu daħħalna anki l-VRT
sadanittant ħadd ma ta kas jippjana ftit fil-bogħod
u biex tipparkja tagħmel wegħda u t-toroq tagħna terrimot!!

X'affarijiet dawn... X'affarijiet dawn!!
M'aħniex ħlief biċċtejn blat li f'wiċċ il-baħar tfaċċaw
X'affarijiet dawn... X'affarijiet dawn!
Bħall-gżejjer Maltin kif jista' jkun hawn X'affarijiet dawn!
X'affarijiet dawn! X'affarijiet dawn! X'affarijiet dawn!