L-Għanja tal-Poplu 2007

It-32 edizzjoni

It-32 edizzjoni tal-Festival L-Ghanja tal-Poplu sar fit-30 t’April waqt is-serata finali tal-Festival tal-Loghob tan-Nar fix-xatt Ta’ Liesse il-Belt Valletta. Il-festival sar f’atmosfera pjacevoli f’ambjent pittoresk imzewwaq bil-loghob tan-nar.

Jikkompetu kien hemm 24 kanzunetta finalista imqassmin f’zewg kategoriji. Kategorija bi tnax il-kanzunetta ghal kantanti adoloxxenti ta’ bejn l-10 u l-15 il-sena, u l-kategorija l-ohra ghal kantanti min 16 il-sena ‘l fuq.

Ir-rizultati tal-Festival huma dawn:

Sezzjoni Adulti

ara wkoll Sezzjoni Żgħażagħ

Kanzunetta Rebbieha: "Hawn Jien" kantata min Corazon Kliem u Muzika ta’ Corazon Mizzi

It-Tieni Post: "Dak kien Zmien" kantata min Mark Tonna u Andrew Zammit Awtur; Mark Tonna Kompozitur: Andrew Zammit

It-Tielet Post: "Apokalissi" kantata min J Anvil Awtrici: Alexia Schembri Kompozitur: Chan Vella

L-Ahjar Tema Socjali intrebah mill-awtur Paul Ellul bil-kanzunetta "Dawn l-Ulied".

L-Ahjar Interpretazzjoni intrebah mill-kantanti Mark Tonna u Andrew Zammit bil-kanzunetta "Dak kien Zmien".

Il-kanzunetta finalista kollha kienu ta’ livell gholi u fis-serata ppartecipaw l-iskola tal-Ballet ta’ Olivia Dow, il-Wild Strength Dancers u z-zeffiena residenti tal-festival Keith u Adonelle.

Jipprezentaw il-festival kien hemm John Bundy u Valerie Vella.

Il-Gurija tal-Festival kienet maghmula min Nazju Abela, Mariella Pisani Bencini, Erica Cini, Luckie Abela, Joe Morana, Fr Karm Debattista, David Agius Muscat u Jurgen Scicluna.

Is-Cd tal-festival bl-24 kanzunetta finalista tinsab ghall-bejgh mill-YTC 227 triq il-Merkanti il-Belt u mill-hwienet ewlenin tad-diski.

Il-Festival L-Ghanja tal-Poplu ser jigi trasmess fuq l-istazzjon televiziv Education 22 fil-granet li gejjin.

Finalisti

Kanzunetta Mużika Kliem Kantanti
L-Għalliem Tiegħi Teddie Zammit Rita Pace Teddie Zammit u Rita Pace
Dawn l-Ulied Renato Briffa Paul Ellul Anna Azzopardi
1elHawn Jien Corazon Mizzi Corazon Mizzi Corazon
Leġġenda Mark Spiteri Lucas Paul Ellul Cliff u Anabelle
Arani Issa Philip Vella Alfred C.Sant Maria Mallia
Fil-Fidi Magħqudin Chan Vella Paul Ellul Triccas
Ikkundannat Marco Debono Rita Pace Chris Azzopardi
Oażi Philip Vella Alfred C.Sant Laura Bruno
Lingwiti Augusto Cardinali Giovann Attard Isabelle
2niDak Kien Żmien Andrew Zammit Mark Tonna Mark Tonna u Andrew Zammit
3etApokalissi Chan Vella Alexia Schembri J Anvil
Int Trid Tkun Aldo Spiteri Aldo Spiteri Diane u Odette Spiteri