Dak Li Għedtli Dakinhar

Kliem: Joe Friggieri
Mużika: Dominic Galea
Tkanta: Nadine Axisa
Isma' l-kanzunetta:

Dak li għedna int u jien
F'dik il-lejla kollha lwien
Dak li għedna int u jien

Jafu biss il-blat għarwien
Dak li għedna int u jien
Jafu l-mewġ ta' ġo l-għerien

Dak li għedtli dakinhar
Ma kien xej' bħal dak li sar

Forsi jien ma nafx xi trid
Ma nixtieqx li naf xi trid
Ħadd ma jaf kemm naf xi trid

Dejjem tgħid kemm int għajjien
Tqum u torqod mingħajr kliem
Dejjem tgħid kemm għadda żmien

Kellna d-dinja tagħna t-tnejn
U ħlief hekk ma ridna xejn

Kif nista' ngħix mingħajr imħabba -
L-ilma jiġri fil-widien
Kif tista' tgħid li għadek tħobbni -
Qatt rajt dar mingħajr bibien
Jekk ma nkunu qatt flimkien

Ftakar biss li dakinhar
Bix-xemx nieżla wara s-swar
Int kont għedtli dakinhar

Illi bħali ma tarax
Isbaħ minni ma tarax
Hekk kont għedtli dakinhar

Naf li llum m'għadnix li kont
Int ukoll m'għadekx li kont

Kif nista' ngħix mingħajr imħabba...

Għax int kont l-arja li ddawwarni
Kont in-nifs li ngħixu bih
Kont is-sħab u l-kliem sabiħ -
Kont il-ħolm li tar mar-riħ.