Issa Naf

Kliem: Alfred E. Baldacchino
Mużika: Marika Axisa
Tkanta: Debbie Scerri
Isma' l-kanzunetta:

Nismagħhom jgħidu
Kienu jistagħġbu bl-ilwien,
Bit-twapet tal-fjuri,
Ilibbsu x-xagħri, l-widien.
U l-friefet żeffiena ferħan' għaddejjin,
Sakrana, nebbiexa, jiġru wara xulxin.
Nismagħhom jgħidu
Li dak kien żmien, kemm kien sinjur.
U l-qalb bil-ferħ kienet tfur.

Issa naf, issa naf għaliex
Neżgħet il-ħdura, għebu l-ilwien.
Waqgħet il-ħemda, siktu l-għanjiet.
Iddardar l-ilma, nixfu l-ħażniet.
Iva naf, le mhux għajdut,
Illum l-għajnejn ma jaraw xejn għajr flus fil-but.

Nismagħhom jgħidu
Kienu jistrieħu tgħidx kemm,
Bil-ħdura tas-siġar,
Kienu joffru wkoll kenn.
U l-għana li jidwi ta' kemm-il għasfur
Mistur qalb il-ħdura, jew jirgħa fil-bur.
Nismagħhom jgħidu
Li dak kien żmien, kemm kien sinjur.
U l-qalb bil-ferħ kienet tfur.

Issa naf, issa naf, għaliex...

Issa naf, issa naf, għaliex...