Il-Ġenna f'Minjatura

Kliem: Carmen Dimech
Mużika: Augusto Cardinali
Tkanta: Phyllisienne Brincat
Isma' l-kanzunetta:

Sebaħ jum, f'nofs il-ħarifa
Wara lejl ta' xita rxiex
Il-qawsalla bħal sejħitli
X'ħin ħarist minn wara l-ħġieġ
Mort ftit passi fil-kampanja
Mis-Siġġiewi u l-biswit
Tul dawk it-triqat imserrpa
Mal-poeta ftaħt l-aptit.

U fost dak il-ġmiel mistur
Li l-Ħallieq ta' tant kulur
Fuq il-wied, f'dak il-kwiet
Il-palazz ta' Girgenti, iserraħlek il-menti
Kif isaħħrek dan wild in-natura
Tħoss il-ġenna tiċkien f'minjatura
U tixtieq li tibqa' hemm mal-larinġa tad-demm
Rajt jitniegħes fid-dell, siġar tal-lumiċell
U l-ilma ġieri jinki l-qtar tan-nida
Fuq werqa li ma' l-art tinsab weħidha
Kif xtaqt illi kont jien, f'dan seħer il-ħolqien
Li bħalu ftit li xejn issib imkien.

Lura d-dar mill-ġdid rutina
Ħsejjes kbar ma' kullimkien
It-tellieqa ta' l-inġenji
Donnha theżżek mis-sisien
Ħudni 'l bogħod fit-triq imserrpa
Li twassalni fuq il-wied
Ngħir għall-werqa fl-art weħidha
F'dik il-ħemda, f'dak is-skiet.

U fost dak il-ġmiel mistur
Li l-Ħallieq ta' tant kulur...