Il-Millenju... Bye Bye

Kliem: Joe Chircop
Mużika: Philip Vella
Ikanta: Philip Vella
Isma' l-kanzunetta:

Kulħadd kien qed jistennieh bis-sorpriżi li kien fih
min jikkwota minn xi qawl u min ibassar jiem bla dawl
min jilgħabha ta' studjuż biex akkwista kemxa flus
u saħansitra l-kumitat kellu kollox programmat.

Kellna xita ta' riklami li jħajruk tmur għall-ikliet
"special menu" tal-millennju m'ogħla s-sema l-prezzijiet
ma jistgħux jinsew għajnejna il-murtali maħruqin
is-swar meraviljużi bit-trijangli minxurin.

Il-Millennju ġie u għadda qisu qatt ma ġara xej'
tan-negozju serrħu rashom mill-babaw tal-Y2K
Bqajna bil-problemi bil-ħofor fit-triqat
Il-kriżi finanzjarja m'hemmx li ngħidu li spiċċat
mid-diskorsi ripetuti minn elf appell sinċier
kollox sfuma u għosfor ħlief San Ġakbu l-Kavallier.
Il-kankru kbir tal-firda xorta fostna għadu ħaj
illum inħarsu lura w il-millennju... Bye Bye

Ġibna konsulent barrani għax ta' barra tajjeb żgur
hekk ħadd ma jgħajjarna li qed nimxu bil-kulur
okkażjoni darba f'ħajtek kif qatt tista' ma tiġix
tara b'xejn spettaklu, tgħaffeġ magħna ġol-ħaxix.

Il-Millennju ġie u għadda qisu qatt ma ġara xej'
tan-negozju serrħu rashom mill-babaw tal-Y2K
Bqajna bil-problemi bil-ħofor fit-triqat
Il-kriżi finanzjarja m'hemmx li ngħidu li spiċċat
mid-diskorsi ripetuti minn elf appell sinċier
kollox sfuma u għosfor ħlief San Ġakbu l-Kavallier.
Il-kankru kbir tal-firda xorta fostna għadu ħaj
illum inħarsu lura w il-millennju... Bye Bye

Billi l-gvernijiet ta' Malta magħrufin li ma jgħaġġlux
hemm ċans elf sena oħra biex żbalji ma nagħmlux
fl-istess ħin tajjeb li naħsbu nistudjaw kmieni nibdew
forsi sa millennju ieħor nagħmlu darba ħaġa sew.

Il-Millennju ġie u għadda qisu qatt ma ġara xej'
tan-negozju serrħu rashom mill-babaw tal-Y2K
Bqajna bil-problemi bil-ħofor fit-triqat
Il-kriżi finanzjarja m'hemmx li ngħidu li spiċċat
mid-diskorsi ripetuti minn elf appell sinċier
kollox sfuma w għosfor ħlief San Ġakbu l-Kavallier.