L-Għanja tal-Għejxien

Kliem: Mario Debono
Mużika: Mario Debono
Ikantaw: Merga

Kuljum ghaddej mohriet iz-zmien fil-ghalqa
fuq wiccna jhalli l-marki tar-raddiet.
Ghajnejna storja twila li qsamnieha
bhal shaba ttir fil-gholi tas-smewwiet.

Madwarna spuntat hajja ohra gdida.
Ix-xemx issahhan tkecci zmien il-bard,
ghasafar zghar itiru hielsa u hienja,
uliedna jiehdu postna fuq din l-art.

Id f’id inharsu ’l fuq lejn sema ikhal
mexjin pass pass lejn seher il-helsien.
Uliedna jibqghu jghixu u ahna mmorru,
jikbru fjuri godda go dal-gnien.

Ir-rih jonfoh bil-heffa gewwa xagharna
bhall-hajja li ghaddejna bla waqfien,
il-bahar qed jixjieh u ahna mieghu
u d-dghajsa taghna toqrob bla dewmien.

Madwarna spuntat hajja ohra gdida...

Id f'id inharsu 'l fuq lejn sema ikhal,
mexjin pass pass lejn seher il-helsien.
Uliedna jibqghu jghixu u ahna mmorru,
jikbru fjuri godda go dal-gnien.

Id f'id inharsu 'l fuq lejn sema ikhal
mexjin pass pass lejn seher il-helsien
u minn hemmhekk fil-hena nibqghu nghannu
ghanja gdida, l-ghanja tal-ghejxien,
ghanja gdida, l-ghanja tal-ghejxien,
ghanja gdida, l-ghanja tal-ghejxien.