Rekord fuq Rekord

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Frederick Camilleri
Ikantaw: Marbeck Spiteri u Frederick Camilleri

Zeus il-kbir, inzel fl-areni,
hares kull hin 'l-atleta gharqan;
Kebbes mill-gdid fjammet Olimpja,
bierek kull sforz ta' dal-gens pagan.

Hazzez fl-imhuh valuri ghonja
bhalm'huma l-ferh, rispett, l-onestà.
Nissel kuragg, heggeg it-tama,
u fisser sew x'inhi l-lealtà!

Ifrah ja dinja, bir-rebh ta' l-unuri,
iz-zghazagh ta' llum jakkwistaw kull success.
Rekord fuq rekord, trofej u medalji...
Zghazagh qalbiena, kampjuni tal-progress!

Fakkar kuljum li m'hawnx fruntieri,
nizlu l-hitan mil-Lvant sal-Punent,
gheb id-duhhan minn fuq l-ghelieqi
biex dawn, bil-mod, saru kontinent.

Inseg ja sid, il-flokk tal-festa,
xidd l-aqwa lbies sportiv, kollu lwien;
Ibni mill-gdid, it-tempji tieghek
u izra' l-ward, kull hin, kullimkien!

Ifrah ja dinja, bir-rebh ta' l-unuri...

Zghazagh qalbiena, zghazagh kburin...
Rekord fuq rekord, minghajr destin!

Ifrah ja dinja, bir-rebh ta' l-unuri...