| Introduzzjoni |
| Regolamenti |
| Kuntatt |
| Rebbieħa |
| Parteċipanti kollha |
| Isma xi diski (MP3) |
| 2007 |
| 2007 żgħażagħ |
| 2006 |
| 2006 żgħażagħ |
| 2005 |
| 2005 żgħażagħ |
| 2004 |
| 2003 |
| 2002 |
| 2001 |
| 2000 |
| 1999 |
| 1998 |
| 1997 |
| 1996 |
| 1995 |
| Suċċessi |
| Kliem: |
|
|---|---|
| Mużika: |
|
| Ikantaw: |
|
Aħna poplu ġeneruż, nagħtu kollox, anke flus.
'Il bogħod in-nies gol-Albanija qed jitghallmu l-litanija.
Kulħadd jara x'ser jiddobba u aħna nbattlu l-gwardarobba,
biss aħna poplu ġeneruż, nagħtu kollox, anke flus.
Aħna poplu ġeneruż, ngħinu 'l dak il-ġens magħkus.
Bi ħġarna mmorru lejn il-Fosos b'kull daqs ta' żraben, qliezet, qomos.
Forsi wkoll xi kowt imżarrat, ġugarell kemxejn imsaddad..
biss aħna poplu ġeneruż, ngħinu 'l dak il-ġens magħkus.
Kull libsa li mhix moda... kaxxa tal-kartun!
Xi plattin minn tad-dota u kuċċarun.
Suldati donnhom fl-irkant qed jgħassu fuq dan il-'front'.
Containers qed isalpaw, "Ħuduh 'il bogħod minn hawn."
Aħna poplu ġeneruż, naghtu kollox, anke flus.
Quddiem jiġu l-voluntieri b'erba gvieret, żewg purtieri.
Kulħadd jara x'se jiddobba u aħna nbattlu l-gwardarobba,
biss aħna poplu ġeneruż, nagħtu kollox, anke flus.
© 1995-2005 Youth Travel Circle.
Mużika u lirika © l-awturi u kompożituri.
Homepage (disinn, produzzjoni) © Ramon Casha
.