Kastelli fl-Arja

Kliem: Felicienne Fenech Caruana
Mużika: Philip Vella
Ikantaw: Olivia Lewis

Isma' ftit, dan it-thewdin
qabel ma jsir il-hin,
qabel jiskot il-hoss...
tal-vjolin!

Kemm nixtieq, bil-mod il-mod
nibda nhares ’il-boghod,
halli nsawwar gejjien
aktar sod!

Kieku kelli xkora flus,
kont infaddal fil-karus...
sa ma nibni kastell fl-arja ma’ l-gharus.

Kieku kelli nsir ghasfur,
min jaf kemm kont nista’ ndur
sa ma jsibni ghal gharrieda l-kaccatur!

Kieku kelli l-isbah dar,
kont naghtiha ghax-xalar
sa ma fl-ahhar taqa’ s-sirda, qalb ic-cpar...
qalb ic-cpar!

Gawdi l-gid, ifrah kemm trid!
Halli l-loghob u t-tbahrid.
Ifli gmiel il-holqien...
kulurit!

La tibzax mill-verità,
la tihmarx bl-onestà,
kompli sarraf il-holm...
f'realtà!

Kieku kelli xkora flus...

Kieku kelli nsir ghasfur...

Kieku kelli l-isbah dar...

Tinkwetax talli fallejt,
tinsa qatt kif trabbejt,
tisthi xejn tghid lin-nies...
kemm habbejt!

Tistahbiex wara l-hitan,
tibqax gwejjed u bezghan.
Hares lejja kuljum...
b'wicc dahkan!

Kieku kelli xkora flus...