Allerġija għall-Bnedmin

Kliem: Rene Mamo
Mużika: Rene Mamo
Ikantaw: Mark Tonna

Malli nilmħu medda kollha ħdura,
dlonk noħolmu bi proġetti kbar.
Niġru nimpustaw l-applikazzjoni
lill-Awtorità tal-Ippjanar.

U kampanja kollha fjuri w ħdura
issir kampanja ta' pubblicità,
għax lukanda kbira sejrin nibnu,
u kumpless li bħalu ħadd ma ra.

U d-dinja ddur minn jum għal jum;
ma' kull tidwira żżid il-geddum.
Qabditha s-sogħla iss' ilha s-snin.
Da'qt taqbadha allerġija għall-bnedmin.

Ix-xtajtiet tgħallimna kif inniġġsu;
il-ħut ħarab, tilef il-kuraġġ.
Anki r-rizzi ra kif dabbar rasu,
għax ġol-baħar ħiereġ id-drenaġġ.

Fil-pajjiżi l-kbar ix-xmajjar waqfu.
Qed jimtlew bi skart... ma nafx x'inhu.
Strauss go qabru tgħidx kemm qed jitqalleb
għax qed jgħidu d-Danube m'għadhiex blu.

U d-dinja ddur...

Irnexxielna wkoll it-temp inħawdu.
L-istaġuni tħabblu sew f'xulxin.
Donnu s-sajf m'għadux bħas-sjuf ta' dari,
w għandna xtiewi tabilħaqq niexfin.

Issa wkoll ċarratna l-atmosfera;
qalu fiha toqba hemm daqsiex,
u jaħasra jien kuljum nispera
li mn'hemm fuq ix-xemx ma tbaskatniex.

U d-dinja ddur...