Ngħożżu l-Wirt

Kliem: Sunny Aquilina
Mużika: Jason Cassar
Ikantaw: Claudio Tonna

Gżejjer f'baħar kaħlan,
kappelli, knejjes, bliet.
Hawn ċiviltà bikrija u mill-kbar -
dal-wirt ngħożżu aħjar.

Tempji ma' kullimkien
fis-skiet jgħidu l-ġrajjiet;
mill-Katidral sa' l-Ipoġew
jħeġġuna ngħixu sew...

Dan hu l-wirt ta' kulħadd
li m'għandu jħassar ħadd.
Ħuti Maltin, inneħħu l-ħazin.
Jekk nitilfu it-tempji u s-swar
niġu fqar. Mhux aħjar ngħallmu ż-żgħar
kif inżommu l-ambjent bla tħassir,
ngħaddu l-wirt.

Qatt mort mixja fil-ftuħ,
f'għelieqi qalb l-għoljiet?
Kampanja tfur, ħxejjex u fjur
bil-bini nħassru żgur.

Irħula, imsieraħ sbieħ
bit-toroq imserrpin,
u nies sew, 'ma bil-partit
jinbxu 'l xulxin mhux ftit.

Dan hu l-wirt ta' kulħadd...