Kollox Jinbidel Maż-Żmien

Kliem: Charles Mifsud
Mużika: Rene Mamo
Tkanta: Debbie Scerri

Ċkejken vjolin tnissilli nostalġija
għal dak iż-żmien ta' meta konna għadna tfal,
ilkoll flimkien nilagħbu logħob li llum insejnieh,
logħob li llum ma tisma' 'l ħadd min isemmih...
għax warrabnieh.

Lgħabna ħenjin onġi onġi onġella
u tal-kastig, ara ġejja l-mewt għalik.
M'għadek tara 'l ħadd jilgħab il-ħarba imkien;
dal-logħbiet kollha nsejniehom tul iż-żmien.

Kollox kompjuterizzat, kollox kemm tagħfas buttuna,
diskett flok ġugarell u jgħaddi il-ħin.
Imma l-ħoss ta' ċorma tfal, id-daħq ħelu innoċenti
m'għadek tisimgħu imkien la fit-triq, la fl-isqaqien.

Dawra durella t-tfal xi briju jagħmlu
jew id fuq id ħallihom jilagħbu "Għandek nar?"
Il-bniet, ħelwin, bil-pupi, tal-mamà u l-papà,
u lis-subien 'tihom ballun w arahom ħenjin.

Kollox kompjuterizzat...

Se nibdew is-seklu wieħed u għoxrin
qegħdin fiż-żerniq t'era ġdida...
Kif ma ħlomniex x'għad irridu naraw?
Min jobsor fil-ġejjieni biex għad nesperimentaw?