Sibna ż-Żejt

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Andrew Zahra
Tkanta: Connie Micallef
Isma' parti qasira:

Fuq l-art tal-Gran Mastri, għandu jkun li sabu ż-żejt;
Xegħlu l-knejjes kollha, dendlu l-bnadar fuq kull bejt,
Niżlu n-nies fil-pjazez, ħarġu jdoqqu mill-każin,
Skulaw il-ħaddiema... telqu d-dar qabel il-ħin,
Ħarqu il-murtali, festa u briju kullimkien!
Ħarġu sal-ġirien, mgħannqin flimkien!

Sibna ż-żejt u issa ma jonqosna xejn,
Nistgħu nonfqu bla ma nagħmlu lira dejn;
Addio l-kontijiet
Daqshekk taxxi u piżijiet
Issa tara kif se nsolvu kull inkwiet!

Issa t-toroq tagħna se niksuhom kisja njam...
Vilel u palazzi... u skyscrapers ta' l-irħam;
Nordnaw ferrovija illi sserrep minn taħt l-art,
Bandli u funtani, roundabouts mimlija ward,
Pjanti u proġetti, ejja nduru dawra tond,
Miċ-Ċirkewwa s'Għawdex nibnu pont!

Sibna ż-żejt u issa ma jonqosna xejn,
Nistgħu nonfqu bla ma nagħmlu lira dejn;
Addio l-kontijiet
Daqshekk taxxi u piżijiet
Issa tara kif se nsolvu kull inkwiet!

Sibna ż-żejt u issa ma jonqosna xejn,
Nistgħu nonfqu bla ma nagħmlu lira dejn;
Addio l-kontijiet
Daqshekk taxxi u piżijiet
Issa tara kif se nsolvu kull inkwiet!

Addio l-kontijiet,
Iss' isimgħu l-aħbarijiet!
Iż-żejt issa sibnieh
(Għax) taqqabna bir sal-qiegħ...
Bqajna neżlin sal-qiegħ
...fl-ahhar SIBNIH!
...fl-ahhar SIBNIH!