Mhux Minnu

Kliem: Mario F. Caruana
Mużika: Frederick Camilleri
Ikanta: Charlie Muscat
Isma' parti qasira:

Iż-żgħażagħ jitbaħartu:
Ħajjithom ferneżija!
Iż-żgħażagħ għandhom l-arja:
Moħħom fil-frattarija!
Iħ-żgħażagħ kollhom drogi...
Għajnejhom miksurin;
Taħsibhom qed jitbellhu
Taħsibhom plastisin!

Iż-żgħażagħ mingħajr sinsla,
Jagħmlu kull ma ifettlilhom;
Kulħadd iżiegħel bihom
Biex jieħu li jrid minnhom!
Iż-żgħażagħ m'għandhomx bnadar,
Għaż-żgħażagħ m'hemmx partit:
Il-vot jagħmluh ħuġġieġa...
Wiċċ tost, wiċċhom ardit!

Mhux minnu illi ż-żgħażagħ sfrattaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ spiċċaw!
Mhux minnu illi d-dinja agunija
minn filgħodu sa fl-għaxija
għax iz-żgħażagħ sboxxlaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ - babaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ strumblaw!
Mhux minnu illi tlifna r-rankatura
għax iz-żgħażagħ marru lura
u sfaxxaw!

Iż-żgħażagħ ribellużi,
Joħolmu bil-protesti;
Iridu l-anarkija
U lesti jħassru l-festi!
Iż-żgħażagħ dinosawri...
Jixtiequ kollox kbir;
Kulħadd irid jiżżattat,
Biex fi-aħħar xejn ma jsir!

Iz-żgħażagħ illuppjati
Ma jimpurtahomx mill-ħajja
Addio il-ġurnali!
Addio l-aħħar ġrajja!
Iż-żgħażagħ bħall-vampiri:
Iħufu tard bil-lejl,
Jixorbu sakemm jiskru,
Ma jqisu xejn bil-kejl!

Mhux minnu illi ż-żgħażagħ sfrattaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ spiċċaw!
Mhux minnu illi d-dinja agunija
minn filgħodu sa fl-għaxija
għax iz-żgħażagħ sboxxlaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ - babaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ strumblaw!
Mhux minnu illi tlifna r-rankatura
għax iz-żgħażagħ marru lura
u sfaxxaw!

Mhux minnu illi ż-żgħażagħ sfrattaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ spiċċaw!
Mhux minnu illi d-dinja agunija
minn filgħodu sa fl-għaxija
għax iz-żgħażagħ sboxxlaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ - babaw!
Mhux minnu illi ż-żgħażagħ strumblaw!
Mhux minnu illi tlifna r-rankatura
għax iz-żgħażagħ marru lura
u sfaxxaw!