Meta Lili n-Nies Tivvota

Kliem: Alfred C. Sant
Mużika: Philip Vella
Ikanta: Philip Vella
Isma' parti qasira:
Isma' l-kanzunetta:

Rajt lin-nies imqita u siekta,
biċ-ċar jidhru xejn kuntenti,
tħajjart noħroġ ghall-pulitka,
u għażilt li nkun indipendenti
bl-ebda ndħil, suġġerimenti.

Meta lili n-nies tivvota
kull familja n'tiha Skoda,
nagħmel djar tal-kuntentizza
tisma' d-daqq u tieħu pizza
ma' sinizza tkun baħbuħ.

Meta lili n-nies tivvota
wegħda nagħmel b'kelma soda
li l-batut u l-fqir jitpaxxa
bl-ebda Vat u l-ebda taxxa
b'rata baxxa nieħdu r-ruħ!

Ma rridx inwaħħal kartelluni
għax m'għadiex xi ħaġa in voga
u lill-ħomor u lill-bluni
tgħidx kemm ngħajjar biex niżvoga
inwaħħal fihom li hawn id-droga.

Meta lili in-nies tivvota
għal kulħadd iddur ir-rota
niffrankaw is-sagrifiċċji
xejn ma jnaqqsu mill-kapriċċi
xejn intriċċi, ħadd ma jsum.

Meta lili in-nies tivvota
fil-pajjiż progress tinnota
kulħadd jiġi jimxi wrajja
ma togħliex karlin il-ħajja
fuq saqajha Malta tqum.

Meta lili n-nies tivvota,
indur dawra ma' kull skola
l-ommijiet jgħiduli grazzi
għax lit-tfal noffri l-pitazzi
kotba u tazzi, ħalib sħun

Meta lili n-nies tivvota
u sew naqbeż l-ikbar kwota
ġita b'xejn noħodkhom Spanja
u nħallsilkhom ix-xampanja
u ta' warajna iħallsu d-djun

Meta lili n-nies tivvota
it-T.V tgħidx kemm jissoda
kemm għal profs, kemm għal idjota
ċar u tond, ħadd ma jomgħodha
bl-ebda rogħda.... Salamun!

Meta lili n-nies tivvota
nirranġaw ma' tal-Ewropa
u nġib 'l hawn tgħidx kemm miljuni
paga għall-mara d-dar, kellmuni
għal raġel xogħol bħall-honeymoon!

Nagħżel isem li jibbrilla
bil-leji jixgħel, ileqq bi nhar
tiegħi il-kbir "Partit tas-Silla"
u fl-arma inwaħħal ras ta' ħmar