Il-Bieb Miftuħ

Kliem: Anthony Vella
Mużika: Anthony Camilleri
Ikanta: Anthony Camilleri

Meta tkun għaddej viċin
forsi jkollok ftit tal-ħin
jew ixxomm il-kafè jfuħ
idħol ġew, il-bieb miftuħ.

Meta ħajtek ġirja ġenn
toħlom kieku b'art il-kenn
fejn is-sliem idewwi r-ruħ
għaddi s'hawn... il-bieb miftuħ.

Nistenniek fuq ix-xwiek
sħana, bard... kmieni, tard
iġġib xejn - m'hemmx għalfejn
Nistenniek

Meta tkun f'burdata orrajt
ejja naqsmu d-daħq u ċ-ċajt,
jew imdejjaq u muġugħ...
meta trid... il-bieb miftuħ.

Nistenniek fuq ix-xwiek
sħana, bard... kmieni, tard
iġġib xejn - m'hemmx għalfejn
Nistenniek

Jekk għad darba jiġi żmien
li ma jilqgħek ħadd, imkien,
hemm inkun - żiffa fil-qlugħ
nistenniek... il-bieb miftuħ.