F'Ħajjtek Daħħal Daqsxejn Mużika

Kliem: Trevor Zahra
Mużika: Rene Mamo
Ikanta: Mark Doneo

Jekk qed tħoss illi l-problemi fi ftit żmien se jirvinawk;
jekk il-paga mhux qed tlaħħaq jew uliedek jinkwetawk,
ieqaf ftit ħu nifs 'il ġewwa, tibqax tgħix ġo kobba ċpar,
f'ħajjtek daħħal daqsxejn mużika - żgur li tħossok ħafn' aħjar.

Trumbetta fittex doqqli, kitarri tant ħelwin.
Jew klarinett semmagħli, jew l-għanja tal-vjolin.
Ħa nisma wkoll iċ-ċimblu, tanbur minn dawk il-kbar.
F'ħajjtek daħħal daqsxejn mużika - żgur li tħossok ħafn' aħjar.

Jekk waqfitlek il-karozza għax il-battery waqgħet flat,
jew qomt tagħtas bil-hayfever, b'attakk kiefer mill-kbar nett.
Jekk it-tifla tmur id-disco u ddum barra sas-sagħtejn,
Fittex isma' daqsxejn mużika, oqgħod tpaxxa w taħseb f'xejn.

Inħobb tassew is-sfafar, xi mandolina wkoll,
Pjanu-akkordju sbejjaħ, il-pjanu 'l qalbi jħoll.
Trumbun m'hawnx isbaħ minnu, jew arpa b'leħen ċar.
F'ħajjtek daħħal daqsxejn mużika - żgur li tħossok ħafn' aħjar.

'kk it-tfal weħlu mill-eżami għax fil-fogħob qed jaħlu ż-żmien,
jekk kuljum b'xi battikata għax miġġielda mal-ġirien.
Jekk kull meta tmur biex tixtri qatt ma ssib dak li tkun trid,
oqgħod komda w isma' diska - tħossok tibda' tgħix mill-ġdid.

Ħa nisma' ftit ħarmonika, il-qniepen dejjem sbieħ,
It-tanborlin jogħġobni, u l-orgni x'paċi fiħ.
Il-platti jżidu l-briju, ir-radju jimla' d-dar.
F'ħajjtek daħħal daqsxejn mużika - żgur li tħossok ħafn' aħjar.