Ċensurati

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Philip Vella
Ikantaw: Philip Vella

La titkellimx ghaliex hadd hliefek m'hu qed jisma'.
La titmashanx ghax zgur li hadd ma jtik ragun.
Toqghodx titbaqbaq ghax titlaghlek il-pressjoni.
Zomm fommok sieket jekk ma tridx jghodduk b'mignun.
La titkellimx jekk ghandek ghajnek qeghda toghkrok.
Jekk rajt ix-xjaten ara qis li ma rajt xejn!
Kull ma qalulek zommu mistur f'qalbek.
Insa kollox jekk trid tibqa' fuq l-idejn.

La titkellimx jekk tabilhaqq trid tibza ghal gildek.
La tissograx biex il-hazin ma jmurx ghall-aghar.
Oqghod attent halli ma tmurx taqa' f'xi nasba.
Bilhaqq, tinsiex li anke t-tfal jikxfu l-ghawar.
La titkellimx jekk m'intix cert li se titwemmen.
La tistrajkjax bil-guh ghax halqhom jghum fix-xghir.
Ghalxejn tipprova tgholli lehnek biex tinstema'.
Titqanzah xejn - hadd ma jrid jaf mill-kbir saz-zghir.

Censurati...
Wenzu w Rozi censurati,
eremiti w eziljati -
ghadhom jibzghu minn xi hakem komunist.
Censurati...
Wenzu w Rozi censurati,
minn guf ommhom ikkalzrati;
ghadhom jemmnu illi sidhom terrorist.

La titkellimx ghax - Alla jbierek - kulhadd gharef
Jekk taf, turix li taf ghax iwaqqghuk ghac-cajt.
Toqghodx tazzarda tiehu l-palju ma' xi genju,
u tafda 'l hadd li ma jgibekx dahrek mal-hajt.
La titkellimx ghax anke l-hajt ghandu widintu.
u tindahalx bla bzonn ghax jghidu kemm int tost.
Jekk tlissen kelma ghandu mnejn tqajjem rewwixta.
Razzan ilsienek ghax malajr titlef il-gost.

Censurati...

La titkellimx jekk ghadek tibza mill-fatati.
Qis kull ma tghid li ma jmurx jizloq xi sigriet.
Li rajt ma rajtx u smajt ma smajtx, ghax hekk jaqbillek.
Isma' bilfors, emmen jekk trid, u zomm il-kwiet!

Censurati...