Zmien Zemzem

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Philip Vella
Ikantaw: Claudette Pace

Fir-rahal waqa' s-skiet,
kull ruh dehlet tistrieh.
Bqajt nhewden wahdi
fil-mestier - fi snajjet ix-xih.

Hajjat...
Min jaf kemm kejjel drapp?
Min jaf kemm tfajla habb
...ma' kull tifsila.

Barbier...
Iqarwez ras in-nies,
bl-imqass minflok il-fies
...jahsad in-nokkli.

Min se jkebbes il-fanali?
Fejn skartaw il-hasselin?
M'ghadnies nghixu fi zmien zemzem.
Spicca z-zmien tal-hasselin

Nutar...
Iharbex elf kuntratt.
Iqalleb elf ritratt
...fl-album tar-razza.

Spizjar...
Ikewwes wara l-bank.
Id-duwa minn got-tank
...tal-Madalena

Min se jkebbes...

Min se jkebbes...

Ir-rahal tarlu n-nghas
u stenbah anqas kwiet -
hsejjes tal-magni
bla drawwiet... ta' zmien in-nanniet.