Kopji Fotokopji

Kliem: Mario Fenech Caruana
Mużika: Marica Axisa
Ikantaw: Jeff u Nadine

Irrid naghmel kif qed jaghmlu hafna nies:
Niekol inqas xahmijiet, kollox bil-qies,
Irrid nilbes bhall-ohrajn,
'kk jista jkun nghix sa disghin,
Ma rridx nghaggel ghax malajr nizloq fit-tajn!

Il-vangelu jien nisimghu m'nghand il-hbieb
ghax minn shabi zgur li hadd ma hu giddieb;
Kull ma jaghmlu kollox sew,
Qatt ma jxahhmu biex jinqdew.
Tisthajjilhom xi sorijiet jew tal-Muzew!

Fotokopji mill-arkivju,
Fotokopji tal-kulur
Nikkupjaw kull ma jfettlilna
Ghax haddiehor ghandu zgur
Kemm hi faqgha din il-magna
Tikkupjalek kull ma trid
Kemm nixtieq li kont nixbahha
Ha nikkopja daqs ghafrid!

Irrid sett ghamara bhal tal-magazin:
Il-girien jiftahru kemm hu xoghol genwin;
Sibli linfa tal-kristall,
jew qaddis fuq pedestall.
Nisperaw li fuq l-istampa m'hemmx xi zball.

Kemm nixtieq li kelli kemxa flus,
Ha nkun nista' bhall-artist nghannaq u nbus!
Mhux li kelli xi razzett
jew xi post fuq Kemmunett
ha nitpaxxa niehu d-dinja biz-zufjett.

Fotokopji mill-arkivju...

Illum moda thalli xaghrek twil u lixx
Il-gakketta jien irridha tidhol zbrixx;
Inhobb nilbes issikkat
jew inkella ftit skullat
Basta nhalli 'l kull min jafni iccassat!

Ta' magenbi siefru safra zul minn hawn
Mistaghgbin kemm damu jduru w jixxalaw;
Irrid naghmel ftit kuragg,
Nibda ngemma' ghall-passagg
Ha nkun nista' naghmel wahdi l-istess vjagg.

Fotokopji mill-arkivju...