Il-Parteċipanti GħTP 2025
L-GĦANJA TAL-POPLU 2025
Il-kantanti finalisti flimkien mal-Malta Concert Orchestra qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet għad-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu, festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.
Is-serata finali tal-festival se ssir nhar is-Sibt, 2 ta’ Awwissu 2025, ġewwa l-ambjent storiku u spettakolari ta’ Pjazza Teatru Rjal, fil-Belt Valletta. Din is-sena, ġew sottomessi 124 kanzunetta oriġinali, u wara proċess ta’ selezzjoni, intgħażlu 16-il finalista li se jippreżentaw xogħolijiet ġodda u varjati, mill-Maltin għall-Maltin.

Filliera ta’ quddiem: Kayley Cuschieri, Danica Muscat, Graziella Mifsud Schembri Vella, Jessica Micallef, Anna Azzopardi, Haley, Rita Pace
It-tieni filliera: Cherylis, Francesca Zammit, Mark Cachia, Ishmael Grech, Martina Fenech
It-tielet filliera: Avenue Sky
Filliera ta’ wara: Mark Spiteri Lucas, Mark Micallef Costa, Lon Kirkop, Daryl Jaymes, Mark Tonna

Il-festival se jkun ippreżentat minn Debbie Scerri u George Cremona, żewġ figuri magħrufa fix-xena kulturali Maltija. Mistieden speċjali tas-serata se jkun Joe Demicoli u qabel jitħabbru r-rebbieħa Laura Bruno se tinterpreta il-kanzunetta “Għażiża” rebbieħa ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024.



Kanzunetti GħTP-2022
L-Għanja tal-Poplu [...]
Kif Torganizza Event
Kors ta’ taħriġ għall-membri tal-Għanja tal-Poplu u Għaqdiet Volontarji [...]
Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2022
L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 30 [...]
Update – L-Għanja tal-Poplu 2022
L-GĦANJA TAL-POPLU 2022 (Is-46 Edizzjoni) Is-serata finali ta’ L-Għanja [...]






