Sapport

Il-kumitat L-Għanja tal-Poplu ta’ kull sena jtella’ festival ta’ kanzunetti oriġinali b’messaġġi relevanti għalina il-Maltin. Ħafna mill-fondi tagħna jiġu mill-attendenza għall-festival. Minkejja il-problemi li ħolqot l-pandemija din l-għaqda volontarja xorta tellgħet l-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-festival . Bħal kull organizzazzjoni oħra, in-nuqqas ta’ udjenza ħoloq stress finanzjarju fuq l-organizzazzjoni.
Għaldaqstant napprezzaw kull sapport għal dan il-festival li kontinwament żamm il-kanzunetta Maltija ħajja matul is-snin. Hemm diversi modi kif tista’ tghin biex niżguraw li dan il-festival immexxi b’mod indipendenti, jibqa’ jirrinova ruhu u jifjorixxi. Jekk tixtieq li b’xi mod tgħin bis-servizz tiegħek jew permezz ta’ donazzjoni lil din l-għaqda volontarja tista’ tikkuntatjana permezz tal-email info@ghanjatalpoplu.org .
Mod ieħor kif tista’ tissaportja l-festival huwa billi tattendi l-festival u tista’ wkoll tixtri xi publikazzjonijiet fuq CD jew USBs. Hekk tkun qed tinkoraġġina fil-ħidma tagħna.
L-Għanja tal-Poplu jittella’ bil-kollabborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal u l-Malta Concert Orchestra. L-Għanja tal-Poplu huwa mgħejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.
Faith is like a loving parent when you need it most
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Annual summer camp gets underway
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
10 examples of where charity changed everything
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
What challenges face a family who lives by faith?
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.






