Premjijiet GhTP 2021
IR-REBBIEĦA
TAL-45 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU
Festival Tal-Kanzunetta Maltija
L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija ttella’ s-Sibt 7 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro Joe Brown. Il-festival kien imxandar live fuq TVM bil-preżentazzjoni ta’ Ray Calleja. Għal dan il-festival daħlu 178 kanzunetta.
Il-kanzunetta ‘Fuq L-Ixkaffa’ interpretata minn Sean Borg fuq kliem u mużika ta’ Philippa Naudi u Bettina Muchmore rebħet it-titlu ta’ L-Għanja tal-Poplu 2021. Il-kanzunetta rebbieħa tagħti leħen lill-ħsibijiet ta’ dawk kollha li xi darba jew ohra ħassew li ma setgħux jesprimu lilhom infushom.
Il-kanzunetta ‘Is-Sirena Li Welldet it-Tama’ kantata minn Haley Azzopardi u miktuba minn Paul Ellul, b’mużika ta’ Mark Spiteri Lucas ġiet ikklassifikata fit-tieni post. Il-kanzunetta tiddeskrivi l-atmosfera waqt iċ-ċirkostanza traġika tal-mewt ta’ Miriam Pace li ntradmet taħt it-terrapien ta’ darha stess.
Il-grupp MeadowStrings magħmul minn Mario Camilleri u Magdalene Farrugia rebħu t-tielet post bil-kanzunetta ‘Niftakar’ fuq kliem u mużika tagħom stess. L-għanja tal-grupp ispirata minn emozzjonijiet ta’ mħabba. Il-grupp MeadowStrings rebħu wkoll il-premju għall-aħjar kantawtur.
Il-premju għall-interpretazzjoni ntrebaħ mill-aħwa Dario u Grecia Bezzina bil-kanzunetta ‘Il-Bajtar Sar’. Miktuba minn Rita Pace u b’ kompożizzjoni ta’ Dario stess, il-kanzunetta titkellem fuq ir-relazzjoni ta’ koppja hekk kif jgħaddi ż-żmien.
Il-premju għall-aħjar tema soċjali mar għand Mark Laurence Zammit bil-kanzunetta ‘Se Nirranġaw’ interpretata minn Dominic Cini u Anna Azzopardi. Din il-kanzunetta fiha battibekk bejn koppja bi twemmin politiku differenti imma li fl-aħħar jirranġaw.
Il-mistiedna speċjali kienet Marilyn Aquilina, ir-rebbieħa ta’ L-Għanja tal-Poplu 2020 li interpretat il-kanzunetta tagħha ‘Jien u Int’ akkumpanjata mill-kitarristi David Baldacchino u Luke Deguara.
Il-kumitat ta’ L-Għanja tal-Poplu ta l-premju L-Għanja Li Tibqa’ lil Enzo Gusman għas-sehem siewi tiegħu fil-kamp tal-kanzunetta Maltija.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Valletta Cultural Agency.
Record numbers of food banks open each month
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Church raises money with social media
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Community reaches out and helps others
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.
Growing a family the right way is challenging
Excepteur sint occaecat cupidatat non proident, sunt in culpa qui officia deserunt mollit anim id est laborum.















