Ħu Sehem fl-Għanja tal-Poplu

Għeżież awturi u kompożituri,
Bi pjaċir inħabbru is-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fil-5 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Ir-regolamenti jinsabu fil-paġna www.ghanjatalpoplu.org/regolamenti-2023 . L-appikazzjonijiet se jintlaqgħu sat-13 ta’ April 2023.*
F’dan il-festival, għandek il-liberta’ li tuża kwalunkwe ġeneru mużikali li tixtieq biex tesprimi l-emozzjonijiet u l-ideat tiegħek. Bħala organizzaturi, aħna nipprovdu okkażjoni tajba fejn l-awturi u l-kompożituri jistgħu jwasslu l-kanzunetti tagħhom lill-publiku Malti. Il-festival L-Għanja tal-Poplu jkun suċċess jekk ikun fih kanzunetti ta’ kwalita’ bil-Malti u jippreżenta kanzunetti li jappellaw għall-poplu.
Li wieħed ikun midħla tal-letteratura Maltija tgħin biex wieħed ikun kittieb tajjeb. L-istess japplika fil-kompożizzjoni tal-mużika kif wkoll fil-kitba tal-kanzunetti. Ninkoraġġixxu lill-awturi u kompożitur jisimgħu u japprezzaw il-kanzunetti ta’ artisti minn diversi pajjiżi, speċjalment dawk li huma qrib tagħna. Illum permezz tal-Youtube, huwa iktar faċli li tagħmel dan.
Barra minn hekk, fuq l-internet insibu bosta artikli li jistgħu jgħinu lil min jixtieq itejjeb il-ħila tiegħu fil-kitba u l-kompożizzjoni tal-kanzunetta. Għal dan il-għan qed ninkludu ftit ħoloq li jistgħu jinteressaw lill-awturi u kompożituri, speċjalment dawk li għadhom jibdew.
Intant nistiednek tibda’ taħseb biex tikteb u tikkomponi dik l-kanzunetta li biha tesprimi is-sentimenti, l-emozzjonijiet u l-ħsibijiet tiegħek. Is‑sehem tiegħek f’dan il‑festival għandu jkun esperjenza pożittiva għall‑karriera tiegħek. Għalhekk inħeġġuk taħseb biex tipparteċipa.
Fil-kas ta’ mistoqsijiet tista’ tiktbilna email jew iċċempel 79923522.
* F’kas ta’ bżonn tista’ titlob għall-estensjoni sad-19 ta’ April, ara dettalji fir-regolamenti .
Kumitat L-Għanja tal-Poplu
L-APPLIKAZZJONIJIET JINTLAQGĦU FIT-22 TA’ MEJJU
L-GĦANJA TAL-POPLU FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA It-42 edizzjoni ta’ [...]
Festival li jinkoraġixxi l-liberta’ tal-espressjoni
Laqgħa informattiva dwar L-Għanja tal-Poplu - Festival tal-Kanzunetta Maltija [...]
Laqgħa informattiva 13 t’April 2018
Laqgħa Informattiva 13 ta’ April 2018 Stedina għall-artisti [...]
L-GĦANJA TAL-POPLU – UPDATE 3
Update 3 - Il-Kanzunetti ser jintlaqghu nhar it-Tlieta 22 [...]








