News

News2021-11-19T07:11:24+01:00

Ir-Rebbieħa GħTP 2026

IR-REBBIEĦA TAL-50 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu 2026 fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert,Orchestra. Għall-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ġew sottomessi 130 kanzunetta oriġinali. Fil-finali r-rebbieħa intgħażlu minn ġurija professjonali flimkien ma’ ġurija popolari. Il-ġurija popolari kienet magħmula minn membri tal-pubbliku kif wkoll membri tal-Malta Concert Orchestra. Il-kanzunetta ‘Mara’ kantata minn Cherylis fuq kliem u mużika ta’ Corazón Mizzi ġiet ddikjarata L-Għanja tal-Poplu 2026. Il-kanzunetta hija tifħira lejn kull mara u lejn l-istejjer li ġġorr magħha. ‘Mara’ tagħti vuċi lill-esperjenzi differenti tan-nisa: il-mara-omm, il-mara fuq ix-xogħol, il-mara li timrad, u saħansitra il-mara li tagħżel li tħobb mara oħra. Cherylis ingħatat ukoll il-premju Enzo Gusman għall-interpretazzjoni tal-istess kanzunetta. Il-kanzunetta ‘Requiem Stradalis’ interpratata mid-duo ta’ kantawturi Lon Kirkop u Mark Cachia kklassifikat fit-tieni post. Il-kanzunetta rebħet ukoll il-premju għat-tema soċjali kif ukoll il-premju għall-kantawtur. ‘Requiem Stradalis’ titkellem fuq esperjenzi komuni li kull Malti jaffaċja ta’ kuljum fit-toroq tagħna u tiffoka l-iżjed fuq ir-relazzjoni bejn dawk li jsuqu l-muturi u l-karozzi. [...]

Is-Semifinalisti GħTP 2026


Il-Kanzunetti Semifinalisti 2026

Ġew sottomessi 130 kanzunetta għall-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu. Minnhom, ġurija magħmula minn ħames membri għażlet 42 kanzunetta biex javvanzaw għas-semifinali.

Hawn taħt tinsab il-lista alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu, kif ikkonfermat minn nutar:

Il-Kanzunetti Semifinalisti 2026 – Il-50 Edizzjoni
(f’ordni alfabetika)

Regolamenti GħTP 2026

📣 Informazzjoni għall-artisti tal-kanzunetta Maltija 🎶

Il-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu
Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu 2026
fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra.

Ir-Rebbieħa GħTP 2025


IR-REBBIEĦA TAD-49 EDIZZJONI TA’ L-GĦANJA TAL-POPLU

L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra. Għad-49 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ġew sottomessi 124 kanzunetta

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top