News2021-11-19T07:11:24+01:00

Ippublikati r-Regolamenti 2024

KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-festival L-Għanja tal-Poplu joffri l-liberta’ lill-artisti tal-kanzunetta Maltija li jużaw kwalunkwe ġeneru mużikali li jixtiequ biex jesprimu l-emozzjonijiet u l-ideat tagħhom. Il-festival ta’ din is-sena jkun suċċess jekk ikun fih kanzunetti ta’ kwalita’ bil-Malti li jkunu relevanti għall-poplu Malti. Il-festival jiżvolġi fi tlett fażijiet. Fl-ewwel fażi, il-ġurija tagħżel 40 kanzunetta semifinalista mill-kanzunetti kollha li jkunu applikaw. Fit-tieni fażi, ġurija oħra tisma’ l-kanzunetti semifinalisti kantati live u minnhom jintgħażlu s-sittax-il kanzunetta finalista. Fil-finali il-kanzunetti jkunu akkumpanjati live mill-Malta Concert Orchestra. Gruppi mużikali jistgħu jakkumpanjaw il-kanzunetta tagħhom stess. F’dan l-istadju se jkun hemm żewġ ġuriji: il-ġurija popolari u l-ġurija professjonali. Il-festival wasal fit-48 edizzjoni tiegħu u sal-lum jattira b’entużjażmu t-talent żgħażugħ kif ukoll dak ta’ esperjenza. Tul dawn l-edizzjonijiet kollha, sena wara l-oħra, L-Għanja tal-Poplu ħeġġeġ il-kitba ta’ kanzunetti bl-ilsien Malti u [...]

Il-Finalisti GħTP 2023


Il-Finalisti ta’
L-Għanja tal-Poplu 2023

(Is-47 edizzzjoni)

Is-semifinali tal-festival L-Għanja tal-Poplu 2023 saret fis-Sala Friggieri ġewwa l-Valletta Design Cluster. B’kollox ikkonkorrew 142 kanzunetta għas-47 Edizzijoni. Is-sittax-il kanzunetta finalista intgħażlu minn ġurija ta’ ħames persuni.

Dawn huma l-kanzunetti finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2023 li se jittella’ fil-5 ta’ Awwissu 2023 […]

Is-Semifinalisti 2023

Il-Kanzunetti Semifinalisti ta’
L-Għanja tal-Poplu 2023
(Is-47 Edizzzjoni)

B’kollox ġew sottomessi 142 kanzunetta għas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn 5 ġurati għażlet l-40 kanzunetta semifinalista.

Din hi l-lista f’ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu:

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top