News2021-11-19T07:11:24+01:00

Is-Semifinalisti 2024

  Il-Kanzunetti Semifinalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024 (It-48 Edizzzjoni) B’kollox ġew sottomessi 120 kanzunetta għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija. Minn dawn il-ġurija komposta minn 5 ġurati għażlet il-41 kanzunetta semifinalista. Din hi l-lista f’ordni alfabetika tal-kanzunetti li għaddew għas-semifinali ta’ L-Għanja tal-Poplu kif ikkonfermat minn nutar. Kanzunetti Semifinalisti (f'Ordni Alfabetika) Ballata Bil-Jekk u Bil-Jewilla Ċar Kristall Daħkan Daqqa ta' Pinna Dik L-Id Dil-Ħolma Fissidni F'Oħrajn Għal Fejn? Għawdex Tiegħi Għażiża Ħbieb tal-Ħbieb Il-Gżira tal-Burdell Il-Poeta ta' Ftit Kliem Inkiss Inkiss Int Kapaċi Jien Min Jien Jiena Missier Kanna Kanun Kelma Ħielsa Klandestin Munita B'Żewġ Uċuh Munita Fil-Funtana Nafu Nħobbu Wkoll Namra Niġġudikaw Oħlom Qsamt it-Triq Sinfonija Stejjer t’Umdita Straight Tal-Elit Tgħanniqa Tini Tgħanniqa Tinkwetax Tlaqna! Venven Xejn M'Għadu L-Istess Xi Tkun? X'Imkien Ieħor     It-tieni fażi tal-għażla hija s-semifinali li se ssir fl-4 u l-5 ta’ Mejju 2024 fil-Valletta Design Cluster. L-Għanja tal-Poplu se jittella’ fit-3 ta’ Awwissu 2024 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’kollaborazzjoni mal-Malta Concert Orchestra u Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja [...]

Ippublikati r-Regolamenti 2024

KLIKKJA HAWN BIEX TAPPLIKA ONLINE

Titħabbar it-48 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu 2024

Bi pjaċir inħabbru t-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu li se tittella’ fit-3 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Il-festival L-Għanja tal-Poplu joffri l-liberta’ lill-artisti tal-kanzunetta Maltija li jużaw […]

Rebbieħa L-Għanja tal-Poplu 2023

Ir-Rebbieħa

L-Għanja tal-Poplu ttella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal, fejn instemgħu s-sittax-il kanzunetta finalista akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela. Għas-47 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ġew sottomessi 142 kanzunetta oriġinali.

Tista’ tingħaqad fi Klabb Għanja, kemm bħala artista jew bħala persuna li taħdem b’risq il-kanzunetta Maltija.

Il-46 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Go to Top